AĠENZIJA ŻGĦAŻAGĦ ORGANIZZAZZJONIJIET REĠISTRATI LI JAĦDMU MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ W309. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm organizzazzjonijiet li jaħdmu maż-żgħażagħ li huma rikonoxxuti bħala tali mill-Ministeru? F'liema lokalitajiet huma rreġistrati dawn l-istess għaqdiet? Kemm ilhom hekk irreġistrati dawn l-istess għaqdiet?
ONOR. EVARIST BARTOLO:Ninsab infurmat li l-għaqdiet taż-żgħażagħ li huma rreġistrati mal-Aġenzija Żgħażagħ minn kemm ilha mwaqqfa fl-2011 huma kif jidher fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.