TRANSPORT MALTA – ŻVILUPP TA’ YACHT MARINAS W311. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-yacht marinas li għadhom qed jiġu kkunsidrati għall-iżvilupp min-naħa ta' Transport Malta? Fejn jinsabu, u f'kull każ, fejn wasal il-proċess li nbeda?
ONOR. JOE MIZZI:Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għadu għaddej il-proċess għas-sejħa għall-proposti (RFP) għall-iżvilupp ta’ yacht marina ġewwa Sa Maison.
Transport Malta qiegħda wkoll fil-proċess li tibda l-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-marina ġewwa l-Gżira kif ukoll, b’koordinament mal-Ministeru t’Għawdex, qed tevalwa l-possibbiltà għat-tkabbir tal-Port tal-Imġarr. L-Awtorità qed tikkunsidra wkoll pjanijiet għall-iżvilupp tal-Baċir Nru 1.