QABDA TAT-TONN – ĊIFRI ŻBALJATI W325. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal għal dawk li jidhru li huma ċifri żbaljati dwar il-qabda tat-tonn matul din is-sena?
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Iċ-ċifri li kienu mgħoddija lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għat-tieni kwart ta’ din is-sena, mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura ma kinux komparabbli maċ-ċifri għall-istess perjodu tal-2013. L-NSO kien talab kjarifika mid-Dipartiment dwar dawn iċ-ċifri u rriżulta li l qabda tat-tonn kienet tinkludi tonn li nqabad mill-purse seining. Wara li l-NSO ippubblika n-news release, dawn iċ-ċifri kienu riveduti. Għaldaqstant, l-NSO kien fid-dover li jippubblika errata corrige għall-istess news release.