IX-XEMXIJA - ĠBID TA’ FILM W326. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għamlitx xi arranġamenti partikulari biex ikun jista' jinġibed filmfix-Xemxija, fl-inħawi fejn hemm it-Triq Rumana, u jekk l-istess MEPA awtorizzatx lil min se jiġbed/ġibed dan il-film biex ineħħi l-injam li kien hemm fl-istess post? Jekk iva, meta sar dan u xi ħlas sar? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt sarx xi ħlas lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għal dan u jekk il-kunsill lokali kienx ikkonsultat? Jekk kien, x'kienet ir-reazzjoni tal-istess kunsill?