GOZO CHANNEL –APPARAT ELETTRONIKU - MANUTENZJONI 10443. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed titħallas fis-siegħa tax-xogħol tagħha l-kumpanija u/jew persuni responsabbli mill-manutenzjoni tal-apparat elettroniku tal-vapuri tal-Gozo Channel u jgħid kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u ċjoè jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
ONOR. ANTON REFALO (Ministru għal Għawdex):Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija Gozo Channel Company Ltd tqabbad diversi kumpaniji u individwi biex jagħmlu l-manutenzjoni tal-apparat elettroniku tal-vapuri. L-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjali.
MR SPEAKER: L-Onor. Robert Cutajar, mistoqsija supplimentari.