KORP TAL-PULIZIJA - INGAĠĠ TA' INSTRUCTORS 9171. L-ONOR. DAVID AGIUS (f’isem l-Onor. Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat ġiex ingaġġat instructor ġdid li mhuwiex membru tal-Korp tal-Pulizija biex jgħallem fl-Akkademja tal-Pulizija? Jekk iva, min hu? Kien hemm sejħa pubblika u x'qed jgħallem?
ONOR. EMANUEL MALLIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali):Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm persuna waħda li ġiet ingaġġata mit-2 ta’ Jannar, 2014 bħala Training Manager, Security and Self-Defence fl-Akkademja tal-Pulizija kif ukoll fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. It-Taħriġ jingħata kemm fil-Faċilità tal-Akkademja tal-Pulizija u anke dik fl-RIU. Il-persuna konċernata hija s-Sur Vincent Cilia. F’dak li jirrigwarda l-Akkademja tal-Pulizija, ta’ min ifakkar li ftit jiem ilu għall-ewwel darba kien hemm il-passingout parade ta’ 113–il Pulizija ġdid f’din l-akkademja.
Nixtieq nirrimarka wkoll li beda l-proċess biex din l-Akkademja tieħu l-istruttura ta’ kulleġġ b’għalliema full-timers. Il-Pulizija se jottjenu ċertifikati li jkollhom ekwivalenza ta’ istituzzjonijiet edukattivi oħra f’pajjiżna. Qed isir ukoll xogħol biex dan il-kulleġġ jikkollabora ma’ ċentri ta’ studji oħra ta’ Korpi tal-Pulizija barranin.