MR SPEAKER: Grazzi. Sar il-ħin. Ngħaddu issa għall-Aġġornament u nsejjaħ lill-Ministru Michael Farrugia.
Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata
AĠĠORNAMENT
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Tlieta, 14 ta’ Ottubru, 2014 fis-6.00 p.m.b’din l-aġenda:
Ordnijiet tal-Ġurnata Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali - Tieni Qari (Kont.);
Abbozz ta’ Liġi dwar il-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi - Tieni Qari (Kont.);
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi dwar Diversi Liġijiet fil-qasam tas-Sħubija fi Trade Union ta’ Forzi Dixxiplinati - Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi dwar il-Ħarsien tat-Tfal (Ħarsien Barra mid-Dar) - Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi dwar il-Professjoni tal-Counselling - Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati - Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar Stili ta’ Ħajja Sana (Biex Titnaqqas l-Obeżità) - Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika - Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Periti - Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Att dwar It-Trattament Xieraq tal-Annimali - Tielet Qari.
MR SPEAKER: Grazzi. Rimarki? L-Onor. Michael Gonzi.