KUNSILLI LOKALI – LAQGĦAT IMĦASSRA 10496. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10343, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm okkażjonijiet fejn kunsilli lokali ħassru l-laqgħat tagħhom matul l-aħħar 18-il xahar? Liema kienu l-kunsilli li ħassru dawn l-istess laqgħat? X’kienet ir-raġuni għal dan? X’tip ta’ investigazzjoni għamel id-dipartiment biex jassigura li ma jkunx hemm abbużi ta’ dawn il-posponimenti u tħassir ta’ laqgħat?