ONOR. KONRAD MIZZI (Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa): Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
SPTAR MATER DEI – PAZJENTI - AVERAGE LENGTH OF STAY 10508. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Jannar u Mejju 2014?
ONOR. KONRAD MIZZI:L-average length of stay għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Mejju 2014 jinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Xahar
Average length of stay f’jiem
Jannar
4.3
Frar
4.5
Marzu
4.7
April
4.9
Mejju
4.7
Ġunju
4.9
SPTAR MATER DEI – BED OCCUPANCY 10509. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy fl-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Jannar u Mejju 2014?
ONOR. KONRAD MIZZI: L-informazzjoni miġbura mis-sistema ta’ CPAS, l-average bed occupancy tas-sodod fl-Isptar Mater Dei li jintużaw għal in-patients hija kif tidher fit-tabella hawn taħt:
Xahar 2014
% Average bed occupancy for in-patient beds
Jannar
93.7
Frar
91.6
Marzu
91.5
April
92.7
Mejju
92
SPTAR MATER DEI - OPERAZZJONIJIET 10510. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet bejn Jannar u Mejju 2014, kategorija b’kategorija?
ONOR. KONRAD MIZZI: Bejn Jannar u Mejju 2014 saru 21,151 operazzjoni. Meta mqabbel mal-istess żmien tal-2013, kien hemm żieda ta’ 8%.
SPTAR MATER DEI - OPERAZZJONIJIET 10511. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn Jannar u Mejju 2014, konsulent b’konsulent?