GAS PIPELINEBEJN MALTA U SQALLIJA 10541. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju dwar il-vijabilità ta’ gas pipelinebejn Malta u Sqallija, li l-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kienet qed taħdem fuqu?
ONOR. KONRAD MIZZI:Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tali studju għadu għaddej.
BEACH CONCESSIONS 10542. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk irċeviex talbiet għal beach concessionsu jekk iva, fuq liema siti saru t-talbiet ?