ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa m’hemmx pjanijiet għal tali xogħlijiet fl-inħawi msemmija.
IS-SALINA – XOGĦLIJIET 10548. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tenders/ quotations marbuta max-xogħol li għaddej fis-Salina, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, għad iridu joħorġu u jingħataw lil xi kuntrattur għax-xogħol?
ONOR. JOE MIZZI:Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10156.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – NISA F’POŻIZZJONI TA’ TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET