10562. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?
ONOR. EVARIST BARTOLO:Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni qed tagħmel referenza.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – NISA F’POŻIZZJONI TA’ TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET 10563. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni qed tagħmel referenza.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – PERSUNI F’POŻIZZJONI TA’ TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET