ONOR. ANTON REFALO: Ninsab infurmat li fejn saru xogħlijiet ta’ asfaltar ta’ toroq kien hemm bdil ta’ servizzi skont il-bżonn.
Jien infurmat ukoll li ma sarux xogħlijiet fuq toroq li fil-ġejjieni qrib mistennija jinbnew mill-ġdid u li x-xogħol ta’ traqqigħ li sar kien xogħol urġenti minħabba l-istat ħażin tat-toroq u biex jitnaqqas il-periklu lis-sewwieqa. Fuq ix-xogħlijiet tinżamm retention money bħala garanzija.
SPTAR MATER DEI – MEAL ALLOWANCE LILL-ĦADDIEMA 10628. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u li huma intitolati li jieħdu l-ikel, mhux jitħallew jieħdu l-meal allowance kif kienu jagħmlu qabel, minflok ikel?
ONOR. KONRAD MIZZI:Ninsab infurmat li m’hemm ebda ħaddiem li qabel kien jingħata l-meal allowance u li issa twaqqaf.