10629. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-karozzi subcontracted li nqalgħu extra fil-jumejn meta saru l-azzjonijiet industrijali mill-ħaddiema tal-Malta Public Transport?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża għal karozzi tal-linja subcontracted li nqalgħu extra meta saru l-azzjonijiet industrijali mill-ħaddiema tal-Malta Public Transport, kienet ta’ €5,619.00.
TIFTIX GĦAŻ-ŻEJT – BIR ĦAĠAR QIM 10630. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jagħti l-koordinati tal-oil rig li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li kien qed iħaffer il-bir Ħagar Qim fin-Nofsinhar ta' Malta?
ONOR. JOE MIZZI:Ninforma lill-Onor. Interpellant li ir-rig Noble Paul Romano telaq mill-post tat-tħaffir tal-Bir Ħaġar Qim fis-7 ta’ Lulju 2014 wara li temm it-tħaffir tal-bir. Ġaladarba r-rig telaq mill-post tat-tħaffir u ħareg mill-ibħra Maltin, il-Gvern ma jkollux il-koordinati ta’ fejn ikun jinsab ir-rig.