Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati


KNPD – PJANIJIET GĦAL TISĦIĦ



Yüklə 0,86 Mb.
səhifə88/212
tarix10.01.2022
ölçüsü0,86 Mb.
#100919
1   ...   84   85   86   87   88   89   90   91   ...   212
KNPD – PJANIJIET GĦAL TISĦIĦ
10648. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet biex tissaħħaħ il-Kummissjoni Persuni b’Diżabilità (KNPD) fix-xogħol regolatorju tagħha?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan tal-Gvern huwa li jsaħħaħ il-KNPD u r-rwol tagħha u bħalissa qiegħda ssir l-analiżi meħtieġa.

KLABB 3-16 U SKOLASAJF – SCREENING TAL-IMPJEGATI
10683. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk meta ta d-direzzjoni biex jiġu impjegati aktar ħaddiema ma' Klabb 3-16 u Skolasajf, ħax ħsieb ukoll li jassigura li l-ħaddiema kollha li kellhom jiġu impjegati jsirilhom l-iscreening meħtieġ u r-reklutaġġ tagħhom ikun skont il-liġi?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Infurmat li l-persuni li ġew impjegati sabiex fis-sajf jaħdmu fi Klabb 3-16 u Skolasajf ġejjin jew mill-iskejjel tal-Istat jew mill-iskejjel tal-Knisja jew iskejjel Indipendenti. Dan ifisser li dawn il-persuni kienu approvati mid-DQSE jew mill-PSC.
Bħalma ġara fi snin oħra, intużaw ukoll studenti tal-Università u/jew MCAST bħala parti mill-University Student Summer Work Opportunities.

FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI EDUKATTIVI – IMPJIEG TA’ COORDINATORS, CHILD SUPPORT WORKERS U PLAYWORKERS

Yüklə 0,86 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   84   85   86   87   88   89   90   91   ...   212




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin