ONOR. LOUIS GRECH: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Programmi qed jiġu diskussi mal-Unjoni Ewropea.
KONT TAD-DAWL – KAŻ TA’ INDIVIDWU MILL-MARSA 10760. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jara li jiġi studjat il-każ tal-individwu mill-Marsa, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li għandu problema fil-qari tal-meter?
ONOR. KONRAD MIZZI:Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru tal-arloġġ ġie rranġat skont l-ispezzjonijiet li saru fuq il-post konċernat. Dan ġie kkomunikat lill-individwu msemmi.