ĦAL KIRKOP – XOGĦLIJIET FIL-PJAZZA 10762. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop milli jkompli u jlesti x-xogħlijiet fil-pjazza ta’ wara l-knisja parrokkjali? Jista’ jgħid min hu l-perit li qed jieħu ħsieb il-proġett inkwestjoni?
ONOR. OWEN BONNICI:Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop li x-xogħol fuq il-proġett fi Pjazza Żerniq huwa lest. Madankollu, id-dawra tal-ġnien għadha bla tarmak. Infurmat li l-Kunsill Lokali talab lil Transport Malta biex isir dan it-tarmak iżda s'issa għadu ma ħa l-ebda rispons konkret. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-kunsill lokali jħoss li l-Pjazza ma tistax tinfetaħ qabel jitlesta t-tarmak. Il-perit tal-kunsill, Toni Bezzina, huwa inkarigat minn dan il-proġett.