MINUTI Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 31 li saret nhar it-Tnejn, 18 ta’ Mejju 2009, ġew konfermati. Approvazzjoni tad-dokument “L-Edukazzjoni, ir-ResponsabilitÀ u l-FedeltÀ: L-Aqwa StrateĠija Nazzjonali Favur is-SaĦĦa Sesswali”. THE CHAIRMAN (Onor. Edwin Vassallo): Ngħaddu minnufih għad-diskussjoni u għall-approvazzjoni tar-rapport li għandna quddiemna llum. Dan għandu jkun it-tieni rapport tal-11-il leġislatura li jġib l-isem “L-edukazzjoni, ir-responsabilità u l-fedeltà: L-aqwa strateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali.” Din se tkun laqgħa ta’ diskussjoni bejn il-membri sabiex niddiskutu r-rapport finali u fuq dak li jiġi maqbul, ikun ippubblikat dan it-tieni rapport. Mela nistgħu nibdew nisimgħu s-suġġerimenti.