ONOR. MICHAEL GONZI: Jien kont għedt li għandna niġbru l-istakeholders kollha madwar mejda. Ħaġa oħra wkoll hija li f’dan id-dokument irridu noqogħdu daqxejn attenti. Per eżempju, fit-tieni paragrafu għandna li:
“Fil-kultura Maltija it-taboos fuq il-kontraċettivi qed iżommu milli l-messaġġ favur saħħa sesswali jasal b’mod ċar. Eżempju ta’ dan huwa l-ħsieb ħażin li l-condom inaqqas il-pjaċir sesswali.”
Hemm bżonn li ndaħħluha din?
THE CHAIRMAN:Jekk tridu nneħħuha nneħħuha. Niftakar li din kienet qalitha Dr Anna Vella imma jien noqgħod fuq is-suġġerimenti tagħkom it-tobba.