ONOR. MICHAEL GONZI: Jien m’għandi xejn uffiċjalment li m’hemmx linji gwida. Meta jiġu quddiemi dawn il-każijiet irrid nirrapporta x’imkien. Gynaecologist ukoll għandu jirrapporta x’imkien. Mela linji gwida hemm x’imkien. Jien ma nippretendix li meta noħroġ dokument jiġi xi ħadd jgħidli li m’hemmx linji gwida meta fil-fatt ikun hemm.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:Naħseb li l-problema tiegħu kienet li każijiet li jmorru għand l-ispeċjalisti ma jiġux riferuti lill-GU clinic u allura jitilfu l-istatistika tagħhom.
ONOR. ANTHONY ZAMMIT: Qed jara just the tip of the iceberg u mhux qed jara l-kontenut kollu.
ONOR. MICHAEL GONZI: Jekk insib ċertu mard bħall-chlamydia jew gonorrhea inkun irrid ninforma lid-dipartiment? Dik hi l-linja gwida?
THE CHAIRMAN:Naħseb li din aħjar inħalluha kif inhi għax forsi tista’ tiġi diskussa bejn it-tobba.
ONOR. MICHAEL GONZI: Hemm differenza bejn li jkun hemm linji gwida u li jien ma noqgħodx għalihom u li ma jkunx hemm linji gwida. Min jaqra dan id-dokument jgħid li qed ngħidu ħażin. Hemm linji gwida imma t-tobba mhux qed jagħtu kashom.
THE CHAIRMAN: Intom taħsbu li rridu nirrimarkaw lil Dr Carabott?