ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Fl-opinjoni tiegħi d-definizzjoni għandek tħalliha barra. Bażikament il-ktieb ta’ Greenwood kien jitkellem fuq l-esperjenza li kien hemm ġewwa l-Uganda fejn minħabba r-rata għolja tal-HIV, waħda mill-affarijiet li għamlu kien li l-faith societies ipprovaw jaqbdu numru ta’ persuni u bl-edukazzjoni reliġjuża jew bit-twemmin tagħhom iżommuhom milli jkollhom relazzjoni sesswali. Riżultat ta’ dan kien it-tnaqqis fit-tixrid tal-HIV minħabba li n-nies kienu qed joqgħodu ‘l bogħod mill-atti sesswali. Għalhekk ir-risk compensation hija bejn numru ta’ persuni li ma jagħmlu xejn sess u allura r-riskju tagħhom huwa zero u dawk li jużaw il-kontraċettivi għax jaħsbu li m’għandhomx riskju u fejn sabu li persentaġġ żgħir minnhom xorta ġew infettati.
THE CHAIRMAN:L-ispjegazzjoni li qed tagħti int hija waħda preċiża. Issa rridu naraw jekk aħniex kapaċi jkollna żewġ sentenzi li inti tkun komdu bihom ukoll. Imma sa “risk compensation” jiena ninsab komdu.