ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Fl-opinjoni tiegħi din is-sentenza għandha tiġi tinqara hekk; “l-edukazzjoni u l-prevenzjoni, ir-responsabilità u l-fedeltà bħala valuri bażiċi fil-pedament tagħhom mingħajr ma naħarbu r-realtà.” Hawnhekk għandna kwestjoni ta’ realtà, l-ideal u x’qed nipprovaw nagħmlu. Per eżempju, aħna nafu x’għandha tkun l-istrateġija imma mbagħad hemm l-ideal u r-realtà. Ir-realtà hi dik li hi.
ONOR. ANTHONY ZAMMIT:Imma r-realtà tvarja minn perijodu għal ieħor.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Għalhekk inħalliha “realtà” u nieqaf hemmhekk.