ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Jien naħseb li għandna ngħidu hekk: “Għarfien irid jingħata li bl-użu tal-kontraċettivi, persuna m’għandhiex mija fil-mija lqugħ għall-mard trasmess sesswalment.”. Issa ovvjament ma rridux nagħtu l-messaġġ li bil-condoms u mingħajrhom xorta.
ONOR. MICHAEL GONZI:Bħalissa r-realtà hi li ż-żgħażagħ, bil-condoms u mingħajrhom, xorta waħda qegħdin jagħmlu s-sess. Għalhekk ma rridx nibgħat il-messaġġ ħażin li bil-condoms xorta se tmur ħażin. U għalhekk irrid noqgħod attent.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Għalhekk trid tagħmel “mhux mija fil-mija”.
ONOR. MICHAEL GONZI: L-aħjar ħaġa hija l-astinenza. (Interruzzjonijiet) Il-punt hu li ma rridx nagħti a complete negative view tal-kontraċettivi.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Jien għalhekk kont imħasseb u għedt li għadna “mhux mija fil-mija”. Ma rridx nibgħat il-messaġġ li mingħajr condoms huwa tajjeb u ma rridx nibgħat il-messaġġ li jekk tuża l-condoms inti mija fil-mija protett. Imma fl-istess ħin lanqas irrid nibgħat il-messaġġ li bihom jew mingħajrhom xorta waħda.
THE CHAIRMAN:Naħseb li dawn huma kollha realtajiet.