ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Il-problema hi li bl-użu tal-condoms se tilqa’ ħafna mill-mard trasmess sesswalment imma xorta jista’ ikollok dawk il-waħdiet fejn il-condom ma jiffunzjonax kif tkun mixtieq. Issa ma rridx nibgħat il-messaġġ li jekk tuża l-condoms ma timradx u lanqas irrid nibgħat messaġġ ħażin.
ONOR. MICHAEL GONZI:Jien tal-parir li paragrafu “g” jispiċċa hekk: “Tagħlim aħjar fuq il-kontraċettivi, l-użu tajjeb u f’waqtu tagħhom u l-implikazzjonijiet mediċi kollha tal-użu tagħhom, inkluż l-użu ħażin...”.
ONOR. ANTHONY ZAMMIT: Dik neħħejniha.
ONOR. MICHAEL GONZI: Il-biċċa l-oħra għandha tinqata’ għax jien ma nistax inkompli bis-sentenzi l-oħrajn mingħajr ma nagħti spjegazzjoni dettaljata lil min ikun hemm quddiemi. Jien lil dak li jkun irrid nispjegalu x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Din tieħu 20 minuta u mhux se nagħmel erba’ linji biex nispjega l-ħażin kollu tal-condoms. Dik hija ħażina.
THE CHAIRMAN:Imma hawnhekk qed jilħaq ċerti checks and balances. Qed ikun fair ma’ dak li smajna għax fl-istess ħin daħħal il-kliem “jitneħħew il-preġudizzji fuq il-kontraċettivi, bħall-condoms li jnaqqsu l-pjaċir.”