ONOR. ANTHONY ZAMMIT: Jiġifieri hawnhekk se nħallu l-ewwel sentenza biss.
THE CHAIRMAN: Iva u nħalluha bil-korrezzjonijiet li għamilna.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Paragrafu (i) jgħid hekk: “Promozzjoni aħjar fuq l-importanza ta’ screening għal min ikun f’riskju ta’ mard bħall-prostituti u li jista’ jipperikola saħħtu u saħħet ħaddieħor.”. Jien naħseb li ma kontx nuża l-kelma “prostituti” għax allura qisna qed ngħidu li min mhuwiex fil-prostituzzjoni m’għandux bżonn screening. THE CHAIRMAN:Jien naqbel ma’ dan imma din ma kenitx xi ħaġa li kien qed jaraha Dr Philip Carabott?