ONOR. MICHAEL GONZI: Tagħmel x’tagħmel se tnaqqaslu d-dħul.
THE CHAIRMAN: Imma mhux fuq it-televiżjoni tal-Istat. U hekk għandu jkun.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Jien hekk nemmen imma meta kellna d-diskussjonijiet fuq l-edukazzjoni medika, is-Super One tana allotment ta’ għaxar minuti b’xejn, in-Net TV tana allotment ta’ għaxar minuti b’xejn, l-iSmash TV tana wkoll allotment ta’ għaxar minuti b’xejn filwaqt li l-istazzjon tal-Istat ġiegħlna nħallsu. Mela kulħadd jagħtik allotment b’xejn minbarra l-istazzjon tal-Istat!
ONOR. MICHAEL GONZI:Ikkoreġini jekk jien żbaljat. Din trid tiġi jew mill-awtorità jew mill-eżekuttiv tal-gvern. Għalhekk ma tridx tidħol hawnhekk.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Jien qed ninsisti fuq edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali.
ONOR. MICHAEL GONZI: Aħna naqblu li dan irid isir bla ħlas imma issa sta għall- eżekuttiv li jgħid lill-awtorità.
THE CHAIRMAN: L-awtorità tippermetti kif u x’fatta.