ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-Awtorità tax-Xandir mhijiex l-eżekuttiv. Aħna qed nibagħtu messaġġ mill-parlament lill-awtorità li hija indipendenti. Aħna rridu nwasslu l-messaġġ li bħala awtorità m’għandhiex tqis bħala benchmark... (Interruzzjonijiet)
THE CHAIRMAN: Naħseb li l-Onor. Michael Farrugia qed jitkellem mill-esperjenza tiegħu ta’ ministru. Hux hekk Onorevoli?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Iva għax dawn il-problemi konna niffaċċjawhom.
ONOR. MICHAEL GONZI:Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq sempliċement reklam. Jien ngħid li jekk isir ħlas fuq messaġġ, reklam, talkshow eċċ u allura din il-promozzjoni... Per eżempju, rarissimu naraw reklami tal-HIV fuq it-televiżjoni. Jekk hemm xi ħaġa li trid issir b’mod radikali, din trid issir mill-eżekuttiv.
THE CHAIRMAN:Hawn aħna qed nagħtu l-proposti tagħna. Għalhekk din il-parti għandha tiġi tgħid hekk: “Għaldaqstant irid isir sforz sabiex il-kampanji televiżivi favur saħħa sesswali (u oħrajn soċjali) fuq it-televiżjoni tal-Istat terġa’ ssir mingħajr ħlas ħalli ma jintefax aktar piż finanzjarju fuq id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa.” Il-parti “ħalli ma jintefax aktar piż finanzjarju” kont inneħħiha għax l-importanti hu li jsir mingħajr ħlas.