ONOR. MICHAEL GONZI: Naħseb li nistgħu nagħmlu xi mistoqsija parlamentari.
THE CHAIRMAN: Naħseb li għandna nistaqsu lil Dr Carabott jekk huwiex kuntent b’din il-linja għax fil-każ ngħidulu li you have to face the music. Wara kollox hu qalilna hekk. Jien nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sur James Carabott sabiex jara li ma’ isem Dr Carabott ikun hemm din is-sentenza. Issa Dr Carabott jew jgħid li huwa responsabbli jew inkella jgħid li linja gwida hemm imma mhux qed joqogħdu magħha. Aħna nitolbu lil Dr Carabott jiċċaralna din il-kwotazzjoni tiegħu stess. (Interruzzjonijiet) Jista’ jkun hemm u jista’ ma jkunx hemm imma jien irrid inħalli l-istatement tal-espert.
Issa ngħaddu għal paġna 16.