ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li l-aħjar ħaġa hija li nibdew billi naqsmu r-rapport f’erba’ partijiet kif juri l-werrej u niddiskutuhom waħda waħda. Per eżempju, fl-ewwel sezzjoni hemm hekk:
“Quddiem dan il-kontest u permezz tal-laqgħat li kellu l-kumitat ma’ esperti fis-suġġett, il-membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali fehmu li tlieta għandhom ikunu l-valuri li jdawlu l-istrateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali:
l-edukazzjoni
ir-responsabilità u
l-fedeltà.”
Issa jien ma’ dawn kont inżid il-kelma “prevenzjoni”.
Mill-bqija, minn paġna 4 sa paġna 7 m’għandix aktar x’nikkoreġi.
THE CHAIRMAN:Mela ma’ ‘l-edukazzjoni’ nżidu ‘l-prevenzjoni’. Ħalli nagħmlu hekk. Mela qed ngħidu li għall-paġni 5, 6 u 7 m’hemmx korrezzjonijiet. Issa rridu naraw li l-ismijiet tal-membri jitneħħew peress li nġibdet l-attenzjoni dwar dan.