ONOR. MICHAEL GONZI: Jien nixtieq li dawn ir-rakkmandazzjonijiet jinżlu in a table form.
ONOR. ANTHONY ZAMMIT: Imma mbagħad trid tagħmilhom qosra ħafna.
ONOR. MICHAEL GONZI: Tista’ tagħmilhom in bullet form.
THE CHAIRMAN: Il-proposti huma dawk li huma, jiġifieri setgħu kienu tnejn, tlieta u aktar. Issa qed nitfgħu ħafna food for thought li jkomplu jaqilgħu ħafna diskussjoni għax dawn lanqas huma proposti li se jsiru bilfors. L-istrateġija trid tiġi fformata. U għalkemm issa qed nipprovdu aktar ħsieb imlaħħam għad m’għandniex il-konklużjoni eżatta.
ONOR. MICHAEL GONZI:F’dan il-kumitat wasalna għal konklużjonijiet fuq l-għażliet personali tagħna nfusna. Imbagħad għandna affarijiet li jirrigwardaw il-valuri tas-soċjetà. Xi ħaġa importanti wkoll hija l-aċċess għas-servizzi u dawn se nibdew niddiskutuhom waħda waħda.
THE CHAIRMAN:Mela inti tixtieq li dawn jiġu in bullet form taħt xulxin u allura jkunu hekk; “L-għażliet personali”, “Il-valuri fis-soċjetà”, “Aċċess għas-servizzi tas-saħħa”, “Il-familji u l-komunità” u “Riċerka, evalwazzjoni u informazzjoni”.