ONOR. MICHAEL GONZI: Imma jekk din diġà semmejtha fid-dokument...
THE CHAIRMAN: Imma issa ġejna għar-rakkmandazzjonijiet. Insa d-dokument li rajna.
ONOR. MICHAEL GONZI: Kif inhi hija on the negative side u jien ma rridx nieħu a negative side. Jekk jien se nispjega eżatt fuq il-kontraċettivi, ma nistax nagħmilha f’sentenza waħda għax nista’ nagħti messaġġ ħażin. Dan huwa riskju li ma rridx nieħu. Jien irrid ngħid li r-rakkmandazzjonijiet ta’ dan il-kumitat huwa li t-tagħlim fuq il-kontraċettivi jrid ikun aħjar imma mhux se noqgħod nispjega.
THE CHAIRMAN:Ejja nħalluha miftuħa.
ONOR. MICHAEL GONZI:Min irid ikun jaf fuq il-condoms imur għand it-tabib tiegħu jew whatever imma dan għandu jispjegalu l-affarijiet sew.
THE CHAIRMAN: Naqblu u dik il-parti nħassruha. Għalhekk paragrafu “g” se jiġi jinqara hekk: “Tagħlim aħjar fuq il-kontraċettivi, l-użu tajjeb u f’waqtu tagħhom u l-implikazzjonijiet mediċi kollha tal-użu tagħhom, inkluż jekk jintużaw ħażin.”.