Malta kamra tad-deputati kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali



Yüklə 118,67 Kb.
səhifə34/46
tarix07.01.2022
ölçüsü118,67 Kb.
#90733
1   ...   30   31   32   33   34   35   36   37   ...   46
ONOR. ANTHONY ZAMMIT: Le ma jaqbilx. (Interruzzjonijiet)
THE CHAIRMAN: Mela nagħmluha hekk; “Promozzjoni aħjar fuq l-importanza ta’ screening regolari għal kulħadd.”
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Le l-iscreening isir għal min ikun f’riskju ta’ mard.
ONOR. MICHAEL GONZI: Il-kliem “bħall-prostituti” rridu nneħħuhom.
THE CHAIRMAN: Iva. 

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nistgħu nagħmlu l-kliem “jista’ jipperikola saħħtu u saħħet ħaddieħor.”
THE CHAIRMAN: Imma dak kollu li kontu qed tgħidu bħala tobba qegħdin tnaqqsuh mill-importanza tiegħu.

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Le.
THE CHAIRMAN: Iva. Issa jien qed nitgħallem minn dak li qed tgħidu intom imma intom kontu forceful aktar fid-diskussjoni milli kif se tħalluha miktuba. Jien ma nafx dak li tafu intom imma intom m’intomx qed tagħtuni l-aħjar indikazzjoni u l-aħjar messaġġ. Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-frażi “Promozzjoni aħjar fuq l-importanza ta’ screening għal min ikun f’riskju”. Jien ma nafx jekk iniex qiegħed f’riskju.

ONOR. ANTHONY ZAMMIT: Il-problema hi li int jista’ jkollok koppja fejn il-mara hija faithful filwaqt li r-raġel mhuwiex. Mela allura jkun qiegħed ipoġġi lill-mara tiegħu at risk without her knowing.

THE CHAIRMAN: Mela allura aħjar nagħmluha hekk; “Promozzjoni aħjar fuq l-importanza ta’ screening għal kulħadd”.

ONOR. MICHAEL GONZI: Nistgħu nagħmluha “Promozzjoni aħjar fuq l-importanza ta’ check-ups regolari li jinkludu wkoll saħħa sesswali.” B’hekk tkun daħħalt kollox.
THE CHAIRMAN: Mhux se tinftiehem hekk għax meta nismagħha lili ma tolqotnix. Issa jien naf fuq xiex kontu qed titkellmu imma jew se nkunu fidili mar-realtà...

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nistgħu nagħmlu “screening sesswali għal min ikun f’riskju ta’ mard...”.

ONOR. ANTHONY ZAMMIT: L-iscreening isir in ġenerali. Meta tagħmel screening ma taqbadx dawk li huma at risk. Ovvjament dawk li jkunu f’riskju tinkludihom imma l-iscreeing is widespread.

THE CHAIRMAN: Qabel ma ngħaddu għall-iscreening, qisu f’daqqa waħda ndunanja li għandna xi periklu. Mela ejja mmorru għall-iżjed ħaġa li teknikament hija aċċettabbli minn kulħadd u hawnhekk qed nirriferi għall-proċedura taċ-check-ups. Huwa iżjed faċli li d-dipartiment jgħid biex kulħadd jagħmel check-up regolari.

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Hemm persuni li jaħsbu li ma jkunux qegħdin f’riskju imma sfortunatament huma f’riskju. Meta tagħmel screening lil xi ħadd li jkun qiegħed f’riskju u jinstab li huwa pożittiv, dan se jiġi mitlub jara min huma l-kuntatti tiegħu u hemmhekk jidħol l-iscreening. Bażikament jekk jien liberu fis-sess tiegħi u jinstab li jien marid, se niġi mistoqsi min huma l-kuntatti tiegħi. Issa jekk fil-kuntatti li nagħmel insemmi l-mara jew il-
Yüklə 118,67 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   30   31   32   33   34   35   36   37   ...   46




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin