ONOR. ANTHONY ZAMMIT: Tajjeb hekk.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Imbagħad għandna paragrafu (g) u jien naħseb li hemmhekk irridu naqtgħu barra l-ewwel sentenza.
THE CHAIRMAN: Kollox sew. Issa dak il-paragrafu jiġi jibda hekk: “Edukazzjoni favur is-saħħa sesswali trid tindirizza kull lokalità skont ir-riskju li toffri.”. (Interruzzjonijiet) Hawnhekk irridu ndaħħlu lid-dipartiment.
ONOR. MICHAEL GONZI:Nistgħu nagħmlu “postijiet iffrekwentati ħafna miż-żgħażagħ.”
THE CHAIRMAN: Tajjeb. Inti trid tindirizza kull lokalità bi ftit aktar attenzjoni.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nistgħu ninkludu wkoll “fejn jinġabru ż-żgħażagħ u nies ta’ kull età”. (Pawsa)
ONOR. ANTHONY ZAMMIT: It-Tnejn kien hawn is-Sur Charles Azzopardi li qalilna bl-importanza tal-family nurse. Qalilna wkoll li din għandha tkun a psychologist u li jkollha kuntatt mal-familja. (Interruzzjonijiet)
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Jien naħseb li dan huwa avviż legali.
THE CHAIRMAN: Avviż legali jorbot legalment.
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Le.
THE CHAIRMAN: X’jiġifieri! (Interruzzjonijiet) Imma għax ikun qed jgħid hekk l-avviż legali!
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Le, propjament trid tirrapporta imma m’għandek l-ebda ħjiel li jekk tinstab ħati tinbagħat il-ħabs.
THE CHAIRMAN: Imma għax l-avviż legali ma jorbtokx li tmur il-ħabs.
ONOR. MICHAEL GONZI: Għalhekk huwa importanti ħafna li nivverifikaw ftit.
THE CHAIRMAN: Irridu naraw eżatt x’inhu artiklu 31.
Taħsbu li għandu jkun hemm xi suġġerimenti jew rakkmandazzjonijiet li hawnhekk mhux qegħdin jinħassu imma li tixtiequ li jitniżżlu?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ejja l-ewwel naraw a revised report u nikkonkluduh.
THE CHAIRMAN: Naqblu. Aħna qatt ma konna se ngħidu li hu lest qabel mal-korrezzjoni kollha terġa’ tintbagħat lilkom ħalli tarawha. Fil-fatt hekk għamilna d-darba ta’ qabel. Issa qabel naġġornaw irrid infakkar li għada fit-7.45 p.m. fiċ-chaplaincy tal-università hemm il-laqgħa mal-KDZ. Din il-laqgħa oriġinat minn hawnhekk stess, fejn aħna stedinna ruħna b’idejna u dawn issa ħaduha bis-serjetà ħafna. Fil-fatt organizzaw lilhom nfushom, għamlu xi tip ta’ questionnaire u għada se jagħmlu preżentazzjoni. (Interruzzjonijiet) Għaldaqstant huwa importanti li nkunu preżenti. Sadanittant jekk xi ħadd jaħseb li għandu jkun hemm xi proposta li mhijiex qiegħda hawnhekk u hija koerenti ma’ dak li tkellimna fuqu, jaqbad u jgħaddiha lis- Sur James Carabott. Nirringrazzjakom.
Fid-9.15 pm il-Kumitat aġġorna.