MINUTI THE CHAIR (Onor. Franco Mercieca): Hawn xi korrezzjonijiet għall-Minuti?
ONOR. RYAN CALLUS:Sur President, fl-aħħar laqgħa aħna, bħala Oppożizzjoni, tlabna biex id-deċiżjoni minn dan il-Kumitat tittieħed wara li jkunu daħlu s-sottomissjonijiet tal-pubbliku għand il-Planning Authority (PA). Jien naf li l-Minuti ma jinkludux kollox, però naħseb li dan huwa punt importanti li għandu jiġi enfasizzat fil-Minuti.
THE CHAIR: Jiġifieri wara li jidħlu l-proposti kollha?