ONOR. GODFREY FARRUGIA: Fis-sitwazzjoni kif qed tispjega li dawn huma l-klassijiet li ż-żona ta’ Għarram u parti minn Ħal Mula għandha ssegwi fejn jidħlu l-permessi, kif fl-istess żona nsibu stabbilimenti li jaħżnu l-ikel meta hemm dan it-tniġġis kollu u f’dawk l-iskedi mhijiex imsemmija bħala industrija?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Class 5C mhijiex aċċettabbli f’din iż-żona, li huma aċċettabbli huma Class 5A u Class 5B. Skont il-policykif inhi sal-lum, il-warehousing huwa aċettabbli f’din iż-żona, u ovvjament huwa aċċettabbli wkoll ir-residenzjali.
ONOR. GODFREY FARRUGIA: Jiġiferi jippermetti warehousing ta’ ikel jew frott jew ħaxix.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: L-Avviż Legali ma jagħmilx distinzjoni; kulma jgħid huwa li it can be used for storage or as a distribution centre. ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS:Sur Buttigieg, jekk kulħadd se jżomm il-permess oriġinali tiegħu allura x’se jinbidel u x’vantaġġi qegħdin taraw b’din ir-riforma għal min diġà għandu permess?