THE CHAIR: L-Onor. Charles Buhagiar.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR:Sur Buttigieg, inti semmejt l-impatt tat-tniġġis, però naħseb li r-residenti t’hemmhekk mhux mill-impatt tat-tniġġis biss ibatu imma għandhom impatti oħrajn li huma problematiċi għalihom, waħda minnhom huwa l-parkeġġ. Jekk se nżidu r-residenti, kif qed jiġi propost mill-PA, il-problema mhijiex se tiżdied?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, għax ħafna drabi r-residenti joħorġu minn hemm filgħodu u jiġu replaced bil-ħaddiema li jaħdmu hemmhekk. Ġenerlament, fejn jidħol parkeġġ, l-użu ta’ industrija jew tal-uffiċini u r-residnzjali jaħdmu bil-maqlub.