Malta kamra tad-deputati kumitat permanenti dwar l-ambjent u l-ippjanar tal-iżvilupp



Yüklə 212,56 Kb.
səhifə13/58
tarix05.01.2022
ölçüsü212,56 Kb.
#72783
1   ...   9   10   11   12   13   14   15   16   ...   58
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Hemmhekk ġie żviluppat kważi kullimkien b’garaxxijiet at ground floor, imbagħad entratura żgħira għat-turġien, u garaxx ieħor, u quddiem il-garaxxijiet li hemm at ground floor ħadd ma jista’ jipparkja. Jiġifieri anke jekk ir-residenti joħorġu u jidħlu l-ħaddiema, jew bil-kontra, il-problema se tibqa’ hemmhekk. Se mai, jekk irridu naqdu lir-residenti, irridu nsibu xi alterattiva għalihom.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Fil-fatt, kien hemm is-suġġeriment li fejn hemm l-art tal-Gvern tiġi parkeġġ.
ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS: Sur Buttigieg, ġie kkwantifikat kemm se jitlef flus min għadu ma żviluppax u allura mhux se jkollu ċans jiżviluppa kif żviluppa ħaddieħor jekk se nibdlulu r-regoli? X’rimedju hemm biex dan ma jbatix? Nafu li kollox jiġi bi prezz, u naqbel li għandna nkunu aktar environmental friendly imma xi ħadd irid iħallas u ma naħsibx li huwa fair li dak li għadu ma żviluppax iħallas għal dak li żviluppa.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Le, aħna ma nikkwantifikawx prezz f’termini ta’ flus. Aħna naħsbu li kif għamilna l-pjan, min neħħejnih mill-industrija u tfajnih kummerċjali, jikkumpensa bejn wieħed u ieħor fil-valur tal-proprjetà.

Yüklə 212,56 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   9   10   11   12   13   14   15   16   ...   58




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin