ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS: Jiġifieri saret evalwazzjoni. Qed tiipproponu xi ħaġa oħra li…?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Meta tikkalkula per square metre, pjuttost li l-kummerċjali jġib iżjed flus mill-industrijali.
THE CHAIR: L-Onor. Marlene Farrugia.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Sur Buttigieg, aktar qabel għedt li l-Gvern takom il-brief biex tagħmlu dan it-tibdil taż-żona. Sar studju qabel biex taraw x’inhuma l-problemi taż-żona u x’hemm bżonn isir biex dawk il-problemi individwali, inkluż dik tal-parkeġġ, tas-sanità, tal-ġbir tal-iskart, eċċ., tkunu tistgħu torganizzawhom qabel ma mmorru għall-fażi li qegħdin tipproponu?