SUR JOHANN BUTTIGIEG: Ovvjament il-Gvern kellu numru ta’ lmenti mingħand ir-residenti, mingħand il-kunsilli lokali eċċ...
OINOR. MARLENE FARRUGIA: Imma sar studju biex taraw għalfejn skattaw dawk l-ilmenti?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Aħna ma narawx għalfejn ġew skattati l-ilmenti, sakemm ma jkunux relatati ma’ ppjanar.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Imma intom tridu tistudjaw ħalli tissuġġerixxu ppjanar li jindirizza dawk il-problemi.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Iva.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Sar dan l-istudju?
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Aħna nistgħu nindirizzaw dawk l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ ppjanar. Jien ma nistax immur fuq il-Pulizija u ngħidilhom li jridu jinfurzaw…
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Waħda mill-problemi hija l-parkeġġ u nafu li hemm art tal-Gvern li tista’ tintuża għall-parkeġġ, però f’dak li pproponejtu intom ma tidher imkien.
SUR JOHANN BUTTIGIEG: Għax kull żvilupp ġdid irid jipprovdi għall-parking facilities tiegħu.