ONOR. MARLENE FARRUGIA: Prosit, grazzi.
THE CHAIR: Grazzi. Naħseb li għalissa m’hemmx aktar mistoqsijiet għall-uffiċjali tal-PA.
Għal din il-laqgħa stedinna uffiċjali minn entitajiet governattivi oħrajn, bħall-Occupational Health and Safety Authority (OHSA), id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali, il-Korp tal-Pulizija, u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Nistgħu nibdew billi nitolbu lir-rappreżentanti mid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali sabiex jersqu madwar il-Mejda.
Ir-raġuni għalfejn stedinna lill-uffiċjali mid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali hija għax fl-aħħar laqgħa li kellna ġiet esposta l-problema li hemm ta’ nuqqas ta’ qbil bejn ir-residenti u l-business community minħabba nuqqas ta’ infurzar ta’ regolamenti li jirrigwardjaw l-occupational health, u għaldaqstant il-Membri tal-Kumitat xtaqu jistaqsu x’qed isir dwar dan il-qasam f’dak ir-reġjun.