Malta kamra tad-deputati kumitat permanenti dwar l-ambjent u l-ippjanar tal-iżvilupp


THE CHAIR: L-Onor. Godfrey Farrugia. ONOR. GODFREY FARRUGIA



Yüklə 212,56 Kb.
səhifə20/58
tarix05.01.2022
ölçüsü212,56 Kb.
#72783
1   ...   16   17   18   19   20   21   22   23   ...   58
THE CHAIR: L-Onor. Godfrey Farrugia.
ONOR. GODFREY FARRUGIA: L-ewwel nett insellimkom, ex kollegi. Minn dak li ntqal jidher li qegħdin nitkellmu fuq żona fejn m’hemmx buffer zone u allura qegħdin f’sitwazzjoni unika ħafna meta nqabblu lilna nfusna ma’ barra minn Malta, u qegħdin inħallsu bis-saħħa tal-bniedem, kemm jekk huwa ħaddiem kif ukoll jekk huwa resident. Nifhem sew li riċerka dwar din iż-żona partikolari f’Malta m’għandniex; jien naf bi studju wieħed li sar fl-1998 minn studenta fl-università imma mhijiex riċerka għal-livell li qed issemmi Dr. Gauci. Semmejtu s-sehem tagħkom fil-proċess innifsu u għedtu li ġieli tajtu parir kontra. L-ewwel mistoqsija li xtaqt nagħmel hija jekk meta tajtu parir li mill-aspett ta’ saħħa tal-bniedem jew ta’ sanità mhux vijabbli, il-PA xorta ħarġitx il-permess.
Issemma wkoll il-moniteraġġ. Jiena tabib li naħdem f’dik iż-żona u naf fiċ-ċert li l-moniteraġġ mhuwiex wieħed adegwat. Semmejtu li min-naħa tagħkom tilqgħu l-ilmenti u semmejtu l-proċess li tużaw meta jidħlu l-ilmenti. Nafu wkoll li persentaġġ kbir minn dawn l-ilmenti qatt ma jaslu l-qorti għax ir-resident ma jkunx irid imur il-qorti u allura fil-fatt hija sistema li mhijiex effikaċi. Bħala dipartiment kemm intom proattivi, fis-sens li kull ċertu perjodu ta’ żmien tmorru tiċċekkjaw li pereżempju l-filters ta’ extractors qegħdin jinbidlu, li l-isprays huma skont kif titlob il-liġi, jiġifieri water based u mhux mod ieħor, li l-istorbju mhuwiex ta’ livell li huwa insapportabbli, eċċ.? U dan mhux għas-saħħa tal-ħaddiem biss imma anke għas-saħħa tar-residenti. Bħala entità, għandkom il-manpower biżżejjed biex f’żona bħal din – u hawn żoni oħrajn f’Malta li huma mixed bħal, pereżempju, Ħal Qormi – fejn nafu li buffer zone ma jeżistix u allura t-tniġġis se jġib aktar mard fir-residenti u fil-ħaddiema, tħarsu dawn l-affarijiet billi tindagaw u tqabblu li l-liċenzja mogħtija mid-Dipartiment tal-Kummerċ hija skont dak li fil-fatt qed isir f’dak il-garaxx partikolari? Milli smajt b’mod partikolari dan l-aħħar miż-żewġ naħat, hemm industrija li timxi b’irġulija fejn tħares l-affarijiet kif isiru fix-xogħol tagħha b’mod idoneo u tħares l-ambjent u l-affarijiet kollha kif suppost, u hemm industrija li jiddispjaċini ngħid li tiġi għal għajnha. Allaħares nirrepeti dak li qalli wieħed minn dawk li għandu garaxx hemmhekk meta ġbidtlu l-attenzjoni u staqsejtu għalfejn qed iħalli l-affarijiet barra. Fil-fatt dan il-bniedem kellimni ħażin. Jiġifieri għalkemm għandna min qed jagħmel l-affarijet b’mod tajjeb, hemm ukoll min qed jiġi jaqa’ u jqum minn dak li jiġri hemmhekk. Il-moniteraġġ, is-sorveljanza, u l-infurzar tal-liġi, qiegħed isir min-naħa tad-dipartiment tagħkom?

Yüklə 212,56 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   16   17   18   19   20   21   22   23   ...   58




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin