L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: Fit-3 ta’ April.
ONOR. GODFREY FARRUGIA: Mela wara t-3 ta’ April nieħdu l-vot.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Forsi jkun hawn qbil u ma jkunx hemm bżonn li nieħdu vot. Importanti li jkun hawn qbil fuq pjan.
THE CHAIR: Imma aħna, bħala Kumitat, irridu nagħmlu r-rakkmandazzjonijiet tagħna fuq dan il-pjan allavolja jista’ jkun li jkun hemm qbil fuq dawn il-proposti.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: U allura f’dak il-każ ma jkunx hemm bżonn ta’ vot. Jalla l-qbil ikun unanimu u ma jkunx hemm bżonn ta’ vot.
THE CHAIR: Jalla qatt ma jkun hemm bżonn ta’ vot f’dan il-Kumitat!