ONOR. RYAN CALLUS:Mr Chairman, xtaqt niċċara ftit x’kienet il-proposta tagħna. Aħna pproponejna li d-deċiżjoni – bil-vot jew mingħajru huwa rrilevanti – ta’ dan il-Kumitat tittieħed wara li jkollna f’idejna s-sottomissjonijiet kollha li jkunu daħlu għand il-PA.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: U wara li jinstema’ kull min irid jitkellem.
SUR JOHANN BUTTIGIEG (Chairman Eżekuttiv, Awtorità tal-Ippjanar):Sur President, xtaqt infakkarkom li l-proċedura hija regolata bil-liġi.
ONOR. RYAN CALLUS: Jekk hawn qbil bejn it-tliet partiti ma narax għalfejn m’għandniex nimxu b’dan il-ftehim.
THE CHAIR: La hawn il-qbil naħseb li għandna nimxu b’dan il-ftehim.
Il-Minuti, kif emendati, jistgħu issa jiġu kkonfermati? (Onor. Membri: Iva)
Il-Minuti tal-Laqgħa Nru. 34 li saret fl-1 ta’ Marzu 2017, kif emendati, ġew konfermati.
THE CHAIR:L-ewwel nett, xtaqt nagħti l-għomor lill-Onor. Ryan Callus minħabba li f’dawn il-jiem ħallietna ommu. Jien ma kontx nafha, però smajt affarijiet sbieħ fuqha u ovvjament il-frott qed narawh ilkoll.
Ngħaddu issa għall-item li għandna fuq l-aġenda llejla.