ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Fil-fatt anke meta kien hawn għad-diskussjoni il-pjan għal Paceville, li kien kontroversjali ħafna, ukoll sar rapport minn dan il-Kumitat.
THE CHAIR: Issa jekk intom ma tridux tidħlu f’dan il-proċess, allura nieħdu d-deċiżjonijiet aħna bħala...
ONOR. RYAN CALLUS:Sur President, iddawwarx il-kliem li għedt jien.
THE CHAIR: Qed ngħid x’tgħid il-liġi.
ONOR. RYAN CALLUS: Sur President, dan huwa mument delikat ħafna u rridu nagħmlu l-affarijiet ċari. Aħna lesti nagħtu l-kontribut kollu tagħna, però li qed ngħid jien hu li aħna rridu nagħtu kontribut tagħna meta jkollna s-submissions kollha sottomessi min-nies. Issa jekk l-Onor. Schembri qed tgħidilna li l-pjan se jerġa’ jiġi quddiemna fi stadju ulterjuri, allura ma narax problema.