ONOR. MARLENE FARRUGIA:Dak huwa l-punt, għax li qed isibu nieqes ħafna, kemm ir-residenti kif ukoll il-businessmen, huwa li m’hemmx koorindazzjoni bejn il-ministeri u d-dipartimenti l-oħrajn; mill-Pulizija kważi qatgħu qalbhom għax huma ineffettivi, iċemplulhom għalxejn. Jekk tassew irridu nindirizzaw din il-problema hemm bżonn li qabel ma mmorru għal tip ieħor ta’ zoning, naraw kif se nikkordinaw biex l-infurzar isir kif suppost.
THE CHAIR: Hemm aktar mistoqsijiet? L-Onor. Agius Decelis.
ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS: Nixtieq nistaqsikom jekk ir-rwol tagħkom hijiex waħda edukattiva jew li tinforza l-liġi. Jekk hemm xi ħadd li jixtieq jibda negozju, intom tgħinuh biex jilħaq l-istandards rikjesti mil-liġi?
SUR CLIVE TONNA: Dak mhux ir-rwol tagħna.
ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS: Kien hemm xi industrija li intom oġġezzjonajtu għaliha minħabba t-tniġġis li tikkawża? Kemm kienu frekwenti dawn l-istanzi u kemm-il każ kien hemm fejn intom ma tajtux permess li industrija tiftaħ minħabba t-tniġġis li tista’ toħloq?