THE CHAIR: L-Onor. Charles Buhagiar.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: L-OHSA tkun taf kemm hemm ħaddiema jaħdmu f’żona partikolari?
TABIB MARK GAUCI: Le, però rridu nirrealizzaw li kemm f’din iż-żona kif ukoll f’żoni oħra simili jkunu qegħdin joperaw ħafna micro enterprisesli lanqas huma small and medium sized enterprises (SMEs). Dawn huma meqjusin bħala problema kullimkien, jiġifieri m’aħniex qegħdin ngħidu li għandna xi problema partikolari hawn Malta u m’iniex se nuża l-frażi “only in Malta” li ħafna nies jużaw abbużivament. L-OHSA ma jistax ikollha dik it-tip ta’ informazzjoni, l-ewwel nett għax hemm ħafna mobilità; il-mod li jitħaddmu bih il-micro enterprisesbilfors li jkun hemm turnover kbir ta’ ħaddiema u allura l-OHSA mhix se jkollha a snapshot f’xi ħin partikolari ta’ kemm hemm ħaddiema qegħdin jaħdmu f’dak il-post partikolari.