ONOR. MARLENE FARRUGIA: F’dawn l-aħħar erba’ snin żiedlek il-manpower, minħabba li hawn ħafna siti ta’ kostruzzjoni apparti dawn l-industriji li kienu hemm u għadhom hemm, jew bqajtu bl-istess numru ta’ nies?
TABIB MARK GAUCI: Kull sena qisu żdidna bi tnejn, però ovvjament ikun hemm ċertu ammont ta’ turnover…
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Jiġifieri min jitlaq u min jiġi.
TABIB MARK GAUCI: Kulħadd jaf li ħafna mill-uffiċjali tagħna, minħabba t-taħriġ li jirċievu, minħabba l-kompetenza li jakkwistaw matul iż-żmien, u minħabba s-salarji tagħna, li huma li huma, dejjem ifittxu…
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Tħoss li għandek biżżejjed nies biex taħdem?
TABIB MARK GAUCI: Le.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Grazzi.
THE CHAIR: Nirringrazzjak. Nistieden issa lir-rappreżentanti tal-Korp tal-Pulizija.
SUPRETENDENT KEVIN FARRUGIA: Jien stazzjonat fl-għassa ta’ Ħal Qormi u din iż-żona li qegħdin nsemmu taqa’ taħt ir-responsabilità tagħna.