Malta kamra tad-deputati kumitati permanenti għall-kunsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġI



Yüklə 180,36 Kb.
səhifə4/4
tarix30.07.2018
ölçüsü180,36 Kb.
#64530
1   2   3   4

IS-SUR CARMEL CONTI: Per eżempju hawn madwar 47 nurseries tal-football biss, li jridu jirreġistraw individwalment.
ONOR. CARMELO ABELA: Allura għaliex ma tiġix aċċettata ….
ONOR. TONIO FENECH: Ir-registration li hemm diġà mal-MFA? Fir-realtà xorta għandek xi ħaġa loġistika, they need a name in the nursery to contact to get the information.
IS-SUR CARMEL CONTI: Dik fil-fatt se nħalluha f’idejhom għax rajna li aħjar hekk għax il-biċċa hija din. Milli jidher hawn xi madwar 25,000 tifel jew tifla li, b’xi mod jew b’ieħor, huma involuti f’xi sport. Kieku kellna lil dawn ngħidulhom li biex tieħdu dawn il-€100, trid tikklejmja fuq il-formola. Mela minn madwar 160,000 hawn Malta li lanqas biss jimlew il-formola għax aħna ngħidulhom li nafu kollox dwarhom, se tneħħi 25,000 għax dan irid joqgħod jimla’ il-formola. Allura biex tkun iktar sempliċi qegħdin ngħidu biex lill-isports council jgħidilna jekk dan huwiex reġistrat miegħu, kemm ħallas u ma ħallasx u min hu, eċċ., bl-ID number ta’ missieru. Jiġifieri se jkollhom huma stess. Kif qed tgħid inti, speċi inċentiv extra għaliex lin-nies tagħhom dawn jgħidulhom: Imla’ il-formola ħalli nkun nista’ ….
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 67 tiġi moqrija t-Tieni Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u Klawsola Ġdida 67 ġiet moqrija t-Tieni Darba.
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 67 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 67 tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola Ġdida 67 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola Ġdida 68
New Clause 68
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq Klawsola Ġdida 68 għall-Ewwel Qari.
L-Iskrivana tal-Kumitat qrat in-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta’ Klawsola Ġdida 68:
“BH” Minnufih wara l-klawsola 67 għandha tiżdied l-klawsola 68 ġdida li ġejja:
''Emenda ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att prinċipali.


68. Il-paragrafi (a) u (b) (iżda mhux il-proviso tagħhom) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att prinċipali għandhom jiġu sostitwiti bil-paragrafi ġodda li ġejjin:




“(a) fil-każ ta’ koppja miżżewġa residenti f’Malta fis-sena minnufih qabel is-sena ta’ stima u li għaliha japplika l-artikolu 49 ħlief meta l-konjugi responsabbli jkun għażel komputazzjoni separata għall-finijiet ta’ l-artikolu 50 -







Għal kull euro fuq l-ewwel €11900 ............... 0ċ







Għal kull euro fuq l-€9300 ta’ wara ............ 15ċ







Għal kull euro fuq l-€7500 ta’ wara ............ 25ċ







Għal kull euro mill-bqija ........................... 35ċ;




(b) fil-każ ta’ kull individwu ieħor residenti f’Malta, inkluż ir-raġel u l-mara meta l-konjugi responsabbli jkun għażel komputazzjoni separata għall-finijiet ta’ l-artikolu 50 -







Għal kull euro fuq l-ewwel €8500 ................ 0ċ







Għal kull euro fuq l-€6000 ta’ wara ............ 15ċ







Għal kull euro fuq l-€5000 ta’ wara ............ 25ċ







Għal kull euro mill-bqija ....................... 35ċ:.

BH” Immediately after new clause 67 there shall be added the following new clause 68:


''Amendment of article 56 of the principal Act.


68. Paragraphs (a) and (b) (but not the proviso thereto) of subarticle (1) of article 56 of the principal Act shall be substituted by the following new paragraphs:




(a) in the case of a married couple resident in Malta in the year immediately preceding the year of assessment and to whom article 49 applies saving where the responsible spouse has opted for a separate computation for the purposes of article 50 -







For every euro of the first €11900 ............... 0c







For every euro of the next €9300 ............... 15c







For every euro of the next €7500 ............... 25c







For every euro of the remainder ............... 35c;




(b) in the case of any other individual resident in Malta including each spouse where the responsible spouse has opted for a separate computation for the purposes of article 50 -







For every euro of the first €8500.................. 0c







For every euro of the next €6000 ............... 15c







For every euro of the next €5000 ............... 25c







For every euro of the remainder ..............35c:”.

ONOR. TONIO FENECH: Ma naħsibx li hemm għalfejn nispjega din il-klawsola. Però din hija klawsola li effettivament qed iċċaqlaq il-bands tal-income tax biex timplimenta t-tnaqqis li ħabbarna fl-income tax għal din is-sena li l-impatt tagħhom se jkun ta’ madwar €12-il miljun. (Interruzzjonijiet)
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 68 tiġi moqrija t-Tieni Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u Klawsola Ġdida 68 ġiet moqrija t-Tieni Darba.
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 68 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 68 tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed
Klawsola Ġdida 68 għaddiet nem.con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola Ġdida 69
New Clause 69

ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq Klawsola Ġdida 69 għall-Ewwel Qari.
L-Iskrivana tal-Kumitat qrat in-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.

ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta’ Klawsola Ġdida 69:
“BI” Minnufih wara l-klawsola 68 ġdida għandha tiżdied l- klawsola 69 ġdida li ġejja:
''Emenda ta’ l-artikolu 96 ta’ l-Att prinċipali.


69. Minnufih wara s-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 96 ta’ l-Att prinċipali, għandu jiżdied is-subartikolu ġdid li ġej:




“(4) Il-Ministru tal-Finanzi jista’ permezz ta’ regoli jemenda, jħassar jew jissostitwixxi l-Iskeda ta’ dan l-Att..

BI” Immediately after new clause 68 there shall be added the following new clause 69:


''Amendment of article 96 of the principal Act.


69. Immediately after subarticle (3) of article 96 of the principal Act, there shall be added the following new subarticle:




(4) The Minister responsible for finance may by rules amend, repeal or substitute the Schedule to this Act..


ONOR. TONIO FENECH: Din hija sempliċement enabling provision.
ONOR. CARMELO ABELA: X’fiha l-iskeda nixtiequ nistaqsu.
ONOR. CHARLES MANGION: Għal liema skeda qed jirreferi?
IS-SUR CARMEL CONTI: L-iskeda li hawn illum il-ġurnata tirrigwardja l-additional taxes għal min jibgħat il-formola tard jew inkella għal min jomitti xi income. (Interruzzjonijiet) Dik tkun legal notice, jiġifieri se toħroġ fil-viċin.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 69 tiġi moqrija t-Tieni Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u Klawsola Ġdida 69 ġiet moqrija t-Tieni Darba.
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 69 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 69 tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola Ġdida 69 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola Ġdida 61
New Clause 61
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li terġa’ tinfetaħ id-diskussjoni fuq Klawsola Ġdida 61.
THE CHAIRMAN: Hawn qbil? (Onor. Membri: Iva)
Il-Kumitat qabel li terġa’ tinfetaħ id-diskussjoni fuq Klawsola Ġdida 61.
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 61 immarkata “BA” tiġi rtirata.
THE CHAIRMAN: Hawn qbil? (Onor. Membri: Iva)
Klawsola Ġdida 61 immarkata “BA” ġiet irtirata.
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq Klawsola Ġdida 61 għall-Ewwel Qari.
L-Iskrivana tal-Kumitat qrat in-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta’ Klawsola Ġdida 61:
“BJ” Minnufih wara l-klawsola 60 ġdida għandha tiżdied l-klawsola 61 ġdida li ġejja:
"Żieda ta’ Skeda ġdida ma’ l-Att prinċipali.


61. Minnufih wara l-Ewwel Skeda ta’ l-Att prinċipali għandha tiżdied l-Iskeda ġdida li ġejja:

"IT-TIENI SKEDA

NUMRU TAL-KODIĊI

DESKRIZZJONI

DATA META L-KONTRIBUZ-ZJONI TKUN DOVUTA

RATA TA’ EKO-KONTRIBUZ-ZJONI

S 201001

Akkomodazzjoni fi kwalunkwe fond meta għall-fini ta’ dak is-servizz tkun meħtieġa l-liċenza bis-saħħa ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’ l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta jew bis-saħħa ta’ xi Att li jissostitwih, ħlief għall-familji li jospitaw

Id-data li fiha tinħareġ il-fattura mill-produttur jew id-data taċ-check-in, skond liema waħda tiġi l-ewwel.

Ħamsin ċenteżmu (€0.50) għal kull lejl għal kull persuna."."

BJ” Immediately after new clause 60 there shall be added the following new clause 61:


''Addition of new Schedule to the principal Act.


61. Immediately after the First Schedule to the principal Act, there shall be added the following new Schedule:

"SECOND SCHEDULE

CODE NUMBER

DESCRIPTION

TIME WHEN CONTRIBUTION FALLS DUE

ECO-CONTRIBUTION RATE

S 201001

Accommodation provided in any premises which for the purpose of providing such service requires the license in virtue of the Malta Travel and Tourism Services Act, or any other Act which may be substituted therefore, excluding host families.

The time when the invoice is raised by the producer or at the time of the check-in, whichever is the earlier.

Fifty cents (€0.50) per night per person."."

ONOR. TONIO FENECH: Qed tiġi recommitted għax proprju sar żball illi l-aħħar darba ddaħħlet “għal kull persuna għal kull kamra”. Qisu xi persuna jista’ ikollha ħafna kmamar. Il-budget kien ċar li kienet għal kull persuna għal kull lejl.

THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 61 tiġi moqrija t-Tieni Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.

Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 61 ġiet moqrija t-Tieni Darba.

ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 61 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 61 tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Klawsola Ġdida 61 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Klawsola 1. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 1 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija t-Titolu. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.

ONOR. TONIO FENECH: Nipproponi li l-iskrivan tal-kamra tkun awtorizzata li tikkorreġi xi żbalji tal-ortografija u tagħmel ir-renumbering tal-klawsoli fejn ikun hemm bżonn.
Fuq mozzjoni Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment l-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex tikkoreġi xi żbalji ta` l-ortografija, tagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista` jkun hemm bżonn.
Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta` Liġi biex jimplimenta Miżuri tal-Estimi għadda mill-istadju tal-Kumitat b’emendi.
Fit-8.21 p.m. il-Kumitat ikkonkluda..





Yüklə 180,36 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin