ONOR. TONIO FENECH: Se nħalli ftit id-diskrezzjoni tal-provvedimenti li għandhom x’jaqsmu mat-trasferimenti, forsi l-Kummissarju jagħti l-ispjega għalihom. Importanti ninnutaw ukoll illi qegħdin innaqqsu l-penali. Illum il-penali hija ta’ 1% fix-xahar, issa din qed tinżel għal 0.75% fix-xahar u wkoll qed jidħol il-capping. Jiġifieri qegħdin ngħidu li l-ammont ta’ penali qatt ma jista’ jeċċedi l-ammont ta’ taxxa. Qabel ma kienx hemm capping, jiġifieri effettivament jista’ jibqa’ jiżdied. Inħalli f’idejn is-Sur Conti.
IS-SUR CARMEL CONTI: L-Emendi li daħħlu f’artikolu 5A huma sostanzjalment l-istess li daħlu fl-artikolu 5. Però xi wħud minnhom huma inter company u anke r-rollover li semmejna diġà. Jiġifieri dak li daħal diġà fl-artikolu 5 kważi, b’xi mod jew b’ieħor, qed jiġi wkoll ripetut hawnhekk biex jiġu evitati abbużi. Prinċipalment li wieħed jista’ jikkummenta huwa li peress li l-artikolu 5 u l-artikolu 4 huma żewġ artikoli li huma charging, kien qed jittieħed eżenzjoni bis-saħħa ta’ artikolu 5. Meta mbagħad jiġu biex ibiegħu kienu qegħdin jgħidu - jew hawn xi wħud minnhom li jgħidu - li issa mhux taħt l-artikolu 5, imma se nbiegħ taħt l-artikolu 4. U dan bi skop wieħed – kif semma’ diġà il-Ministru qabel – illi l-acquisition cost tkun għoliet. Dan huwa l-iktar prinċipju mportanti li qed jiddaħħal hawnhekk.
ONOR. CHARLES MANGION: Ejja nieħdu inter-group transfer, fejn anke meta tagħmel transfer between a company, jekk niftakar sewwa, madwar sena ilu konna għamilna emenda li l-valur li jrid jingħata fit-transfer minn kumpannija “A” għal kumpannija “B” fl-istess grupp, huwa l-valur li jkun hemm fuq il-kotba oriġinali.
IS-SUR CARMEL CONTI: Imma jekk ikun capital gain. Fil-liġi ma kienx speċifikat li jekk jgħaddi ż-żmien u n-natura tat-transazzjoni hija waħda ta’ trading, trid tieħu wkoll l-oriġinal. U minħabba li ma kenitx speċifikata, qed ikollna każijiet illi qed jippruvaw....
ONOR. CHARLES MANGION: Li qegħdin jippruvaw jgħollu from “A’ to “B” imbagħad meta jiġi biex ibiegħ .....
IS-SUR CARMEL CONTI: Meta jiġi biex ibiegħha lil “C”, ma jgħidx li hija capital gain, jgħid illi hija trading, allura ma tistax tgħidlu li jrid imur fuq l-original cost.
ONOR. CHARLES MANGION: Imma jekk l-inter company - qed nirreferi għall-aħħar sena – il-valur ma setgħax ... Il-fatt kien li kien jitolbok l-acquisition oriġinali. Fil-fatt konna nitolbu lill-awditur jagħtina l-acquisition oriġinali biex il-valur li jagħtuh fuq il-company “B” kien ikun l-acquisition oriġinali, mela l-base tiegħu diġà qiegħed iffissat.
IS-SUR CARMEL CONTI: Imma dawk li jittrattawha bħala capital gain. Jekk jiena niddeċiedi jew inkun irrid ngħid li din issa hija trading ....
ONOR. CHARLES MANGION: Imma l-valur xorta jibqa’ dak illi tgħid.
IS-SUR CARMEL CONTI: Hekk suppost iva.
ONOR. CHARLES MANGION: Imma mbagħad x’ħin tiġi għat-trading, id-differenza hija bejn the original u dak li tkun qed tagħmel.
IS-SUR CARMEL CONTI: Issa l-liġi hekk qed tgħid. Qabel ma kenitx speċifikata. Din hija l-aktar emenda li qegħda tmiss dawn kollha.
Ma nafx jekk hux se noqgħod nikkummenta fuq kull waħda minnhom.
ONOR. TONIO FENECH: Idealment għandek tagħti brief żgħira.
IS-SUR CARMEL CONTI: Din importanti ħafna għaliex tapplika anke għal dak li għidna diġà. Ħa nibda mill-(a).
L-(a) qegħda tgħid li se titwessa’ id-definizzjoni tal-kelma “trasferiment” biex tinkludi subartikolu ġdid, it-12A, biex ikun inkluż fid-definizzjoni tat-trasferiment. Però din forsi niġu għaliha iżjed tard, imma dik biex insemmi x’qed tgħid l-(a).
Il-(b) qed tgħid – din konsekwenzjali għal dak li għidna diġà – li fejn isir it-trading transaction xorta waħda trid tmur għall-oriġinal. Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il-5(8) li huwa r-rollover relief.
Iċ-(ċ) tagħmel żewġ limitazzjonijiet, waħda minnhom tgħid illi l-proprjetà trid iddum tliet snin f’idejn the acquiring company, issa qed jgħid
ONOR. CHARLES MANGION: Issa qed jgħid illi ħames snin.
IS-SUR CARMEL CONTI: Sentejn hawnhekk. Tal-ħames snin tat-12(A). Sentejn għaliex meta ħarisna lejn pajjiżi oħrajn fl-Ewropa dawn jużaw sentejn, però jekk il-Kummissarju mbagħad jara li kien każ ġenwin ... Qed insemmi sentejn għax il-business ma jridx jingħalaq sa sentejn, għaliex turi li hemm intenzjoni oħra. Però jekk il-Kummissarju jara li hija ħaġa ġenwina jkollu dritt li dawn is-sentejn inaqqashom. F’dak is-sens, il-Kummissarju jista’ jiddetermina favur it-taxpayer. Jiġifieri qegħdin ngħidu li r-replacement ma tistax tiġi trasferita qabel sentejn. Sostanzjalment dak hu l-punt tagħha din, inkella jkun hemm skop ieħor.
Id-(d) hija wkoll f’artikolu 5(A). Hawnhekk hawn relief ieħor li huwa l-incorporation relief meta business, mhux proprjetà, issir kumpannija, però b’75% minnha f’idejn l-istess persuna. Din ukoll qegħda tgħid żewġ affarijiet li jkollok partnership jew business u jsir kumpannija. Jista’ ikun ukoll individwu, minn individwu u ssir kumpannija.
ONOR. TONIO FENECH: Din mhijiex proprjetà, din hija shared business, anke jekk m’hemmx proprjetà fil-business ... (Interruzzjonijiet)
ONOR. CHARLES MANGION: Ħafna drabi jinkludi l-proprjetà ukoll għax inkella mbagħad ....
IS-SUR CARMEL CONTI: Li kien qed jiġri huwa dan. Per eżempju kumpannija li fl-1990 kellha asset tiswa Lm5,000 li kien xtraha l-individwu personali, snin ilu. Issa fl-2008 dan il-business tiegħu, għamlu kumpannija però il-valur tal-asset li kellu, għax issa għadda ż-żmien, għaddih lill-kumpannija għal Lm200,000.
Hawnhekk il-liġi tgħidlek li hemmhekk hemm relief, m’hemmx taxxa. Għalkemm il-kumpannija qed tieħu asset li jiswa Lm200,000 u oriġinarjament kien Lm5,000, din il-persuna m’għamlitx profitt, m’għamlitx gain, mela huwa zero. Però x’qed jiġri xi drabi? Issa l-kumpannija tibda tiżviluppa l-proprjetà oriġinali, tagħmel diversi units u tbiegħhom Lm200,000 u tispiċċa li minn Lm200,000 tiġi gain zero. Aħna qegħdin ngħidu li hawnhekk hawn logħob b’dawn il-provisions.
L-emenda tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet, jekk sa sentejn mill-incorporation il-business ma jibqax jeżisti ....
ONOR. CHARLES MANGION: Ħa nwaqqfek ftit. Semmejt dak il-punt fejn tiżviluppaha f’dawk is-sentejn, jekk dik il-proprjetà tkun ilha għandha sentejn imbagħad ma taqax taħt ...
IS-SUR CARMEL CONTI: Jekk tkun ilha sentejn, se tgħidlek jekk il-ħames snin għaddewx jew le. F’dan il-każ il-ħames snin ikunu għaddew għaliex? Għaliex qed tgħidlek li trid tmur fid-data oriġinali, li kienet 1990. Għaliex qed tgħidlek li hawnhekk ma kienx hawn transazzjoni li hija bona fide.
ONOR. CHARLES MANGION: Jiġifieri nkorpora n-negozju tiegħu u daħħal proprjetà bħalma qed tgħid inti li kienet tiswa Lm5,000 fl-1990 u fl-2008 saret tiswa Lm200,000 u dak huwa l-valur reali tagħha. Jiġifieri żamma sentejn jinnegozja bl-istess negozju, wara dawn is-sentejn żviluppa din il-proprjetà u biegħha. Jekk jgħaddu s-sentejn jibqa’ japplika l-istess prinċipju l-cost base ta’ Lm200,000?
IS-SUR CARMEL CONTI: Iva.
ONOR. CHARLES MANGION: Imma jekk imbagħad jiddisponi minnha between the second and the fifth year ma tmurx għall-oriġinal minħabba dik il-ħaġa.
IS-SUR CARMEL CONTI: Jekk jaqbżu s-sentejn ir-restrizzjoni ma tapplikax.
ONOR. CHARLES MANGION: Jiġifieri jekk imbagħad wara s-sentejn jiżviluppaha u jbiegħha, allovalja jkun qisu bidel il-ġeneru tan-negozju tiegħu ...
IS-SUR CARMEL CONTI: Imbagħad hemmhekk se japplikaw il-ħames snin.
ONOR. CHARLES MANGION: Ħames snin li jrid iżommha fil-kumpannija. Jiġifieri wara ħames snin irid jittrasferixxi.
IS-SUR CARMEL CONTI: Wara ħames snin biex jidħol fit-12%.
ONOR. CHARLES MANGION: Imma mbagħad jekk between the second and the fifth year jidħol bir-rata tas-7% provisional u 35% fuq il-profitt? Bejn is-second and the fifth year ....
IS-SUR CARMEL CONTI: Inti qed tgħid għax ma jkunx qabeż il-ħames snin. Jekk ma jkunx qabeż il-ħames snin ikun jista’ jagħżel.
ONOR. CHARLES MANGION: Jiġifieri dan prinċipju normali.
IS-SUR CARMEL CONTI: Le le, qabżu s-sentejn.
ONOR. CHARLES MANGION: Qabżu s-sentejn, però ma qabżux il-ħames snin.
IS-SUR CARMEL CONTI: Ladarba qabżu s-sentejn ikun jista’.
IS-SUR MARVIN GAERTY: Inti biex tgħodd il-ħames snin trid tara minn meta l-individwu xtara l-proprjetà, mhux il-kumpannija.
ONOR. CHARLES MANGION: Jiġifieri s-sentejn from incorporation u l-ħames snin from the actual purchase
IS-SUR CARMEL CONTI: Li f’dan il-każ huwa mill-1990.
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 65 tiġi moqrija t-Tieni Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 65 ġiet moqrija t-Tieni Darba.
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 65 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 65 tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Klawsola Ġdida 65 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola Ġdida 66
New Clause 66
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq Klawsola Ġdida 66 għall-Ewwel Qari.
L-Iskrivana tal-Kumitat qrat in-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta’ Klawsola Ġdida 66:
“BF” Minnufih wara l-klawsola 65 ġdida għandha tiżdied l- klawsola 66 ġdida li ġejja:
''Emenda ta’ l-artikolu 14 ta’ l-Att prinċipali.
66. Fil-paragrafu (b) ta’ l-artikolu 14Ċ ta’ l-Att prinċipali minflok il-kliem “disa’ mija u ħamsa u tletin euro (€935)” għandhom jidħlu l-kliem “elf euro (€1000)”.”
|
“BF” Immediately after new clause 65 there shall be added the following new clause 66:
''Amendment of article 14C of the principal Act.
66. In paragraph (b) of article 14C of the principal Act, the words “nine hundred and thirty-five euro (€935)” shall be substituted by the words “one thousand euro (€1000)”.”
|
Bażikament we’re rounding up il-benefiċċju ta’ dak li huwa l-eżenzjoni minħabba ċ-childcare services biex ikun ewkivalenti għal dawk li huma diġà preżenti f’dawk li huma l-entitajiet pre-primary u oħrajn. Għandna l-ewwel 1,000 li huma eżenti.
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 66 tiġi moqrija t-Tieni Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u Klawsola Ġdida 66 ġiet moqrija t-Tieni Darba.
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 66 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 66 tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola Ġdida 66 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola Ġdida 67
New Clause 67
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq Klawsola Ġdida 67 għall-Ewwel Qari.
L-Iskrivana tal-Kumitat qrat in-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta’ Klawsola Ġdida 67:
“BG” Minnufih wara l-klawsola 66 ġdida għandha tiżdied l- klawsola 67 ġdida li ġejja:
''Sostituzzjoni ta’ l-artikolu 14E ta’ l-Att prinċipali.
67. L-artikolu 14E ta’ l-Att prinċipali għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
''Miżati għal attivitajiet sportivi.
A.L. 63 ta’ l-2008.
|
14E. Minkejja kull ħaġa li tgħid xort’oħra li tinsab f’dan l-Att, jekk individwu jġib prova għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju li fis-sena li tiġi minnufih qabel xi sena ta’ stima huwa jkun ħallas miżati rigward it-tfal tiegħu li ma jkunux għalqu s-sittax-il sena, li jattendu attivitajiet sportivi organizzati jew minn persuna reġistrata skond ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Persuni Sportivi jew mill-Kunsill Malti għall-Isport, huwa għandu, għal kull tifel jew tifla, jingħata tnaqqis fir-rigward ta’ l-income tiegħu li jkun l-inqas minn dawn l-ammonti -
|
|
|
(a) l-ammont li jkun fil-fatt tħallas;
|
|
|
(b) mitt euro:
|
|
Iżda t-tnaqqis għandu biss jingħata jekk il-pagament u d-dettalji ta’ l-individwu li jkun qed jagħmel it-talba jiġu konfermati minn informazzjoni provduta mill-persuna reġistrata, permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport jew mill-Kunsill Malti għall-Isport kif ikun il-każ, f’dak il-format u l-kontenut li jiddetermina l-Kummissarju.”.”
|
“BG” Immediately after new clause 66 there shall be added the following new clause 67:
''Amendment of article 14C of the principal Act.
67. Article 14E of the principal Act shall be substituted by the following:
|
“Sports fees.
L.N. 63 of 2008.
|
14E. Notwithstanding anything to the contrary contained in this Act, if an individual proves to the satisfaction of the Commissioner that in the year preceding a year of assessment he has paid fees in respect of his children who have not attained the age of sixteen years, attending sports activities organised either by a person registered under the Sport Persons (Registration) Regulations or by the Kunsill Malti għall-Isport, he shall, for each child, be allowed as a deduction against his income the lesser of these amounts -
|
|
|
(a) the amount actually paid;
|
|
|
(b) one hundred euro:
|
|
Provided that the deduction shall only be allowed if the payment and the details of the individual making the claim are confirmed by information provided by the registered person through the Kunsill Malti għall-Isport or by the Kunsill Malti għall-Isport as the case may be, in such format and content as determined by the Commissioner.”.”
|
THE CHAIRMAN: Rimarki? Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: Effettivament hawnhekk qegħdin nistabbilixxu l-mod ta’ kif jieħdu l-eżenzjoni għal skop ta’ taxxa għal dawk li jibagħtu lit-tfal tagħhom għal attivitajiet sportivi. Effettivament qegħdin ngħidu, li barra li huma jridu jikklejmjawha fl-Income Tax Return tagħhom, però il-Kummissarju għandu dritt jitlob per eżempju lil dik in-nursery biex jikkonfermaw illi dawk it-tfal fil-fatt ikunu qegħdin jattendu u jħallsu dawk il-miżati.
ONOR. CHARLES MANGION: L-eżenzjoni hija l-ammont li jkun fil-fatt tħallas plus €100 jew le?
ONOR. TONIO FENECH: Hu jkun ħallas sa massimu ta’ €100. Issa jekk ikun ħallas €200, l-ewwel €100.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Gino Cauchi.
ONOR. GINO CAUCHI: Fil-preżent, nurseries jew dawn l-assoċjazzjonijiet li joffru taħriġ against payment mingħand il-ġenituri, qegħdin jiddikjaraw kemm qegħdin jiġġeneraw flus minn din l-attività tagħhom?
ONOR. TONIO FENECH: Jiddependi ħafna l-format tal-entità kif inhi. Jekk huma clubs, safejn naf jien iridu jirrappurtaw għal skop ta’ income tax. Mhux neċessarjament kull entità hija reġistrata għall-fini ta’ income tax. Jista’ ikun li jkunu qegħdin jaħdmu b’sistema ta’ donazzjonijiet u allura effettivament ma tkunx qed tiġi taxxabbli.
IS-SUR CARMEL CONTI: Fil-fatt jekk tkun bona fide sports club hija eżenti mit-taxxa. Però ma jfissirx li huma eżenti milli jibagħtu l-formola.
ONOR CARMELO ABELA: Issa b’din se jkollhom jirrapurtaw bilfors.
ONOR. GINO CAUCHI: Għalhekk qed nistaqsi jien.
ONOR. TONIO FENECH: Issa hu fl-interess tagħhom li jirreġistraw mal-Kunsill Malti għall-Isport, jiġu mogħtija recognition u li jirrappurtaw l-informazzjoni biex anke l-ġenituri jieħdu l-benefiċċju. Din se tgħin ukoll, fl-opinjoni tiegħi, biex anke l-Kunsill Malti għall-Isport ikollu sorveljanza aħjar f’dawn l-attivitajiet li veru qed isiru fil-pajjiż.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Carmelo Abela.
ONOR. CARMELO ABELA: Safejn naf jien, sa ftit taż-żmien ilu, l-Kunsill Malti għall-Isport kellu problema – tgħidli x’għandi x’taqsam din – fuq ir-reġistrazzjoni tal-għaqdiet sportivi. Jiġifieri ma nafx jekk dan il-proċess bdiehx u lestihx, għax inkella miżura bħal din ma tistax tapplika. Fis-sens illi jekk ir-reġistrazzjoni ta’ persuni sportivi jew xi għaqda sportiva mal-Kunsill Malti għall-Isport u dan ir-reġistru mhux qiegħed hemmhekk, din mhux se tidħol fis-seħħ. Jiġifieri għalhekk huwa mportanti li l-ewwel jitlesta l-proċess minn naħa tal-Kunsill Malti għall-Isport li l-għaqdiet kollha li juru nteress, ikunu reġistrati.
Il-kumment li semma’ l-Onor. Cauchi wkoll jagħmel sens f’dan is-sens. Jiġifieri għandek ċertu dixxiplini sportivi li jew taħt forma ta’ għotja jew inkella għax ma jridux jew ma jaqblilhomx, jgħidu li huma mhux bżonn il-gvern, għax m’għandniex bżonn fondi, eċċ., u ma jridux jirreġistraw. Issa fil-liġi m’hemmx obbligu li jirreġistra xi ħadd, però fl-istess ħin, il-ġenituri tat-tfal qegħdin iħallsu, u għalhekk minn din il-miżura mhumiex se jibbenefikaw.
Jiġifieri ma nafx jekk nistgħux, b’xi mod, forsi jekk mhux illum imma għada pitgħada tiġi estiża għall-konsiderazzjoni tal-gvern, li fejn hemm reġistrazzjoni well and good ġaladarba l-Kunsill Malti għall-Isport irreġistra l-għaqdiet sportivi, eċċ.. Però dawk li l-aktar li jsemmu, a case in point, huma tal-karate, eċċ.. Dawn it-tip ta’ clubs li hawn ħafna minnhom - hemm mistoqsijiet ukoll fuq il-kwalità ta’ health and safety fejn isiru biex ngħidu kollox - li dawn jagħmlu l-qligħ, però jekk hemm ġenituri li t-tfal tagħhom jattendu f’dawn il-clubs u li jinteressahom li jaqgħu f’din l-iskema, illum ma jistgħux jidħlu fiha. Forsi tkun għall-konsiderazzjoni tal-gvern ukoll dan il-punt li għada pitgħada .... Għax fl-aħħar mill-aħħar hija attività sportiva let’s face it.
ONOR. TONIO FENECH: Ħalli nkun tekniku. Teknikament il-liġi tgħid il-Kummissarju jrid ikun sodisfatt u jista’ jistaqsi għal aktar informazzjoni. Jiġifieri teknikament jista’ ikun konvint li huwa ġenwin il-każ u jagħtiha. Però ħalli nkun ċar, ma naħsibx li se jimxi bil-mod illi lil Gino nagħtihielu għax nafu, jiġifieri għalhekk qegħdin indaħħlu l-istruttura billi jrid ikun reġistrat, eċċ.. Però kif għedt tajjeb inti m’hemmx obbligu.
Meta tkellimniha mal-Kunsill Malti għall-Isport u mas-Segretarju Parlamentari responsabbli l-Onor. Clyde Puli, enfasizzaw li din se tgħinhom to pull a leverage għax issa se jkun hemm ukoll il-pressure ta’ ġenituri fuq il-kumitat li jgħidulu li l-gvern qed jagħtina benefiċċju u inti qed tiċħadulna.
Jiena nassumi li n-nurseries u l-clubs se jirreġistraw. Il-problema tkun kif qed tgħid inti, li dawn ikunu pjuttost qishom kważi qegħdin jagħtu privat ta’ Karate, fencing eċċ. fejn ma jkunx club proprja, imma jkun qisu teaching li wkoll jaqa’ taħt din l-iskema u jrid jirreġistra. Però dak jekk qed jagħmilha bħala attività kummerċjali, u probabbli ma jirreġistrax, għax ma jkunx irid jikxef għal skopijiet ta’ income tax. F’dak il-każ jien ngħid li se jkollu a competitive disadvantage. Għaliex? Għaliex jekk ħaddieħor se jirreġistra allura l-ġenituri se jgħidulek mela se mmur għand min hu reġistrat. Jiġifieri fiha nnifisha jiena nemmen illi se timbotta biex min għandu jidħol, jidħol b’dan is-sens, għaliex jgħidlek jekk mhux se nidħol, il-benefiċċju li l-ġenituri tat-tfal se jitilfu, se jmorru għand ħaddieħor.
ONOR. CARMELO ABELA: Però jiena fl-ewwel kumment li għaddejt, waqt li naqbel ma’ dak li għedt inti, kienet problema minn naħa tal-Kunsill Malti għall-Isport. Li minkejja li kien hemm min kien interessat li jirreġistra, għal xi raġuni amministrattiva tal-kunsill, ma kienux fetħu r-reġistrazzjoni.
ONOR. TONIO FENECH: Safejn naf jien issa miftuħin.
ONOR. CARMELO ABELA: Nittamaw li l-affarijiet jibqgħu mexjin mit-tajjeb għall-aħjar dejjem. Per eżempju l-assoċjazzjonijiet il-kbar u l-assoċjazzjonijiet li huma affiljati mal-Kumitat Olimpiku Malti m’għandhom l-ebda diffikultà li ma jirreġistrawx, sempliċement ma kienx hemm ir-reġistrazzjonijiet miftuħin. Minn dak l-istadju l’ quddiem allura diġà ġbart madwar 40 jekk mhux 50 assoċjazzjoni u għaqda li taħthom imbagħad….
Għax il-mistoqsija hija din, jekk se tirreġistra l-MFA, l-MFA għandha l-clubs affiljati magħha, mela awtomatikament il-clubs li huma affiljati mal-MFA huma reġistrati. Jekk se tirreġistra l-Youth FA awtomatikament in-nurseries huma kollha reġistrati. Jiġifieri mhux in-nurseries individwali trid tirreġistra. Imma jekk għandek il-Parent Association imbagħad il-clubs awtomatikament huma reġistrati.
Insemmu l-football għax l-iktar li hawn nurseries, eċċ. Once li l-MFA rreġistrat u l-youth FA irreġistrat, in-nurseries kollha li huma membri tal-Youth FA huma fiha, u l-clubs affiljati mal-MFA huma fiha. Dik hi dilemma oħra, jekk jirreġistrax l-assoċjazzjoni jew kull club individwali.
ONOR. TONIO FENECH: Id-dipartiment u l-Kunsill Malti għall-Isport għandhom l-informazzjoni lil min u kif se jitolbu biex tinġabar l-informazzjoni.
IS-SUR CARMEL CONTI: Fil-fatt iltqajna magħhom il-ġimgħa li għaddiet. Se ssir kampanja fuq il-media kemm għall-ġenituri kif ukoll għan-nurseries infushom, biex ikunu jafu xi jridu jagħmlu u ma jagħmlux.
ONOR. CARMELO ABELA: Imma per eżempju l-MFA jew il-clubs individwali jridu jirreġistraw?
Dostları ilə paylaş: |