THE CHAIRMAN: ... kif imfissra f’dan l-Att ....
ONOR. OWEN BONNICI: Imma aħna qed nemendaw il-Police Act! Allura inti trid tgħid hawnhekk “jikkonsisti fi prattika mhux xierqa” – u naraw x’hawn miktub eżatt – “fl-Att dwar il-Whistleblower”.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Imbagħad il-Kummissarju jikkonsidra u jieħu deċiżjoni, imma għallinqas tħalli hope lil min jikkonsidraha. Kwalunkwe whistleblower il-Kummissarju jrid jikkonsidraha, imbagħad tħalli d-diskrezzjoni f’idejn il-Kummissarju u jiddeċiedi.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Il-Kummissarju jagħmel it-talba lill-Avukat Ġenerali.
ONOR. OWEN BONNICI: Il-poter lill-Avukat Ġenerali tajnih aħna hux hekk?
THE CHAIRMAN: Imma l-Kummissarju jrid jaraha l-ewwel.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Il-Kummissarju jagħmel it-talba.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri l-Kummissarju għandu d-diskrezzjoni? Jew id-diskrezzjoni tal-Kummissarju jgħaddihiex lill-Avukat Ġenerali u l-Avukat Ġenerali għandu diskrezzjoni mbagħad jekk jagħtihulhiex jew le?
THE CHAIRMAN: Il-kelma qiegħda “jirrakkomanda”, jiġifieri l-Avukat Ġenerali jista’ jgħid le.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Imbagħad l-Avukat Ġenerali jiddeċiedi.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Imma ejja ngħidu li l-Kummissarju ma jgħaddihilux lill-Avukat Ġenerali. Qed ngħidu li jista’ ma jgħaddihilux lill-Avukat Ġenerali, jew huwa dovut jgħaddihielu lill-Avukat Ġenerali u jiddeċiedi l-Avukat Ġenerali?
THE CHAIRMAN: Il-Kummissarju hu tal-opinjoni.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri qed tagħti diskrezzjoni lill-Kummissarju u diskrezzjoni lill-Avukat Ġenerali.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Għax il-Kummissarju jista’ jiddetermina jekk hemmx riskju jew le għall-protection tal-individwu, għalhekk qiegħda strutturata b’dan il-mod. Jiġifieri hu jkun jista’ jara hemmx security threat tal-persuna jew le u to what extent ...
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri jekk il-Kummissarju tal-Pulizija jaħseb li hemm security threat jgħaddiha lill-Attorney General u l-Attorney General imbagħad jerġa’ jiddeċiedi jekk għandux jagħmilha jew le? Jew irid joħorġu ċ-ċertifikat l-AG jekk jgħaddihulu l-Kummissarju?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Skont il-fehma tiegħu.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri hemm double hurdle.
ONOR. CLAUDIOGRECH: Skont il-fehma tiegħu jrid jaġixxi.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri qed nifhem sew li hemm double hurdle?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Hekk hu.
ONOR. OWEN BONNICI: Jiena nista’ whistleblower insaffar is-suffara għax il-prinċipal ipejjep fil-kamra tiegħi u dan jista’ ikun jgħid: Kif ma tawnix witness protection?
THE CHAIRMAN: Immaġina dan fuq oġġett żgħir irid ipattihielu ....
Dan l-aħħar kellna każ fejn xi ħadd qata’ siġra, jiġifieri affarijiet żgħar jistgħu jġibu effetti kbar.
ONOR. OWEN BONNICI: Li qed jgħid l-Onor. Claudio Grech hu għax jista’ ikun hemm każijiet mhux ta’ korruzzjoni as such ....
THE CHAIRMAN: Appuntu għalhekk id-definizzjoni skont l-Att tal-Whistleblower ....
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Pharmaceutical company li .....
ONOR. CLAUDIO GRECH: Don’t under estimate is-saħħa li dan se jkollu fis-settur privat, jien ngħid ħafna iktar mis-settur pubbliku.
Fuq mozzjoni tas-Segretarju Parlamentari l-Onor Owen Bonnici, il-Kumitat qabel li Klawsola 25 tiġi posposta.
Klawsola 19 - L-użu jew it-theddid ta’ vjolenza.
Clause 19 - Threatens to use violence.
(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-Emenda:
“U” Il-klawsola 19 għandha tiġi emendata kif ġej:
(i) Għall-kliem “ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn elf u mitejn euro (€1,200)” għandu jiġi sostitwit il-kliem “ta’ mhux iżjed minn sena jew multa minn ħames mitt euro (€500) sa ħamest elef euro (€5,000)”;
(ii) Il-kliem “xi leġislazzjoni oħra” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “xi leġiżlazzjoni oħra:” u minnufih wara għandu jiżdied il-proviso li ġej:
“Iżda jekk b’dan l-għemil il-ħati jkun fil-fatt laħaq l-għan tiegħu, il-piena ta’ priġunerija għandha tiżdied b’minn grad sa żewġ gradi u l-multa tkun ta’ mhux inqas minn elf u ħames mitt euro (€1,500) u ta’ mhux iżjed minn għaxart elef euro (€10,000).”
“U” Clause 19 shall be amended as follows:
(i) For the words “not exceeding three months or to a fine (multa) but not exceeding one thousand and two hundred euro (€1,200)” there shall be substituted the words “not exceeding one year or to a fine (multa) of not less than five hundred euro (€500) and of not more than five thousand euro (€5,000)”;
(ii) The words “any other enactment.” shall be substituted by the words “any other enactment:” and immediately thereafter there shall be added the following proviso:
“Provided that where as a result of his conduct the person convicted has achieved his aim the punishment of imprisonment shall be increased by one to two degrees and the fine (multa) shall not be less than one thousand five hundred euro (€1,500) and not more than ten thousand euro (€10,000).”
THE CHAIRMAN: Rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Emenda ‘’U’’ kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “U” għaddiet nem.con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Klawsola 19 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 19, kif emendata, għaddiet nem.con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 2 - Tifsir.
Clause 2 - Definitions.
(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li ma jiġux protetti. Ovvjament l-iskeda tillimita.
DR CAROLINE BENCINI: Suppost tillimita biss dawk il-prinċipali li għandhom ikollhom l-internal disclosure. Kif qiegħda issa kull fejn taqra employer jew prinċipal, taqra employer excluding SMEs. Li ovvjament mhuwiex l-iskop tal-liġi.
THE CHAIRMAN: Jiġifieri qed tgħid li se ndaħħlu emenda.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jiena nixtieq nipproponi emenda oħra għall-klawsola 2.
THE CHAIRMAN: Ħalli nressqu l-emendi li ppreżenta s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Owen Bonnici. Għandna l-emenda għall-Klawsola 2 dwar id-definizzjonijiet ta’ korp statorju, persuna u prinċipal u korp imwaqqaf mil-liġi.
Il-mistoqsija hi l-Emenda “A’’ kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “A” għaddiet nem.con.
THE CHAIRMAN: Inressqu wkoll l-emenda għat-Tieni Skeda. Il-mistoqsija hi l-Emenda “B’’ kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “B” għaddiet nem.con.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Deborah Schembri.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Fejn jidħlu “prattiċi mhux xierqa” kif spjegat fi Klawsola 2, xtaqt li tiżdied - jew għallinqas niddiskutu jekk għandhiex tiżdied mad-definition - “li prattiċi mhux xierqa tfisser azzjoni jew serje ta’ azzjonijiet meta” u nżidu “tagħmel jew x’aktarx se tagħmel xi ħaġa li hija projbita li tagħmel bil-liġi”. U se ngħid għalfejn.
Hawnhekk bħalissa f’subinċiż (a) għandek
“persuna naqset, qiegħda tonqos jew x’aktarx ser tonqos milli tħares kull obbligu legali li tkun soġġetta għalih”
which is positive. Jiġifieri għandek obbligu legali li tagħmel xi ħaġa. What if l-obbligu jkun li ma tagħmilx xi ħaġa. Per eżempju li tidħol f’cartel allura jiena naħseb li trid tiżdied biex dawk ma jiġux esklużi. (Interuzzjonijiet)
Tista’ tiġi “meta qiegħda tonqos jew x’aktarx li se tonqos milli tħares kull liġi li tkun soġġetta għalih”.
ONOR. OWEN BONNICI: Meta tgħid “kull obbligu mwaqqaf taħt kwalunkwe liġi”, obbligu legali jiġi. X’taħseb Dr. Bencini?
DR CAROLINE BENCINI: Jekk tgħid “tikser il-liġi”, naħseb hija iktar ċara u tinftiehem milli “obbligu legali”.
THE CHAIRMAN: Obbligu legali jfisser anke obbligu kuntrattwali.
DR CAROLINE BENCINI: Ikunu tnejn.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Basta jkun hemm anke meta l-obbligu huwa li ma tagħmilx xi ħaġa. Dik l-importanti.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: “Meta persuna tkun kisret, naqset, qiegħda tonqos jew x’aktarx se tonqos milli tħares kull liġi u/jew obbligu legali li tkun soġġetta għalih.” Jiġifieri l-(a) tibqa’ (a).
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Ma nafx nistax, waqt li qegħdin jiktbu, nagħmel suggestion oħra. Naħseb li għandha tiżdied ukoll “persuna li tabbuża mill-awtorità tagħha”. Għaliex mhux neċessarjament tiġi inkwadrata fil-klawsoli l-oħrajn.
Meta jiena ċċekkjajt ma’ liġijiet ta’ barra minn Malta, waħda mill-affarijiet li kienu elenkati kienet fil-fatt abuse of power ma’ affarijiet oħrajn.
THE CHAIRMAN: Jiżdied paragrafu ieħor. Jiġifieri qed nitkellmu fuq “(i) meta persuna ...
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: “Meta persuna tabbuża mill-awtorità tagħha”. Jiġifieri jkollha awtorità, imma tkun qed tabbuża minnha.
ONOR. OWEN BONNICI: Ultra vires.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Yes, tmur ultra vires. F’liġijiet oħrajn tkun poġġuta għaliha u naħseb illi jista’ jkun li ma tinkwadrax kompletament dawn li diġà għandna. Jista’ jkun li jkun aħjar jekk tkun għaliha.
THE CHAIRMAN: Naħseb għandha sens ukoll.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Abbuż ta’ poter.
THE CHAIRMAN: Tiġi (i) Onor. Bonnici.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Tiġi (h) u l-(h) tiġi (i).
THE CHAIRMAN: Għaliex tiġi (h)? Minħabba l-proviso dan tal-(h)?
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Għax l-(h) huwa blanket.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Onor. Bonnici, fid-definizzjoni “prattiċi mhux xierqa” is-subklawsola (b) fil-Malti qed tgħid “is-saħħa u s-sigurtà ta’ kull individwu”. Meta tara l-(b) bl-Ingliż tara “health and safety of any individual”. Hija l-istess “ta’ kull”?
THE CHAIRMAN: Iva, any individual.
ONOR. CLAUDIO GRECH; Mhux ta’ xi, ta’ kull.
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-Emenda:
“W’’ Fid-definizzjoni ta’ “prattiċi mhux xierqa” is-subklawsola (h) tiġi taqra (i) u tiżdied subklawsola (h) ġdida kif ġej:
“(h) persuna tabbuża mill-awtorita tagħha; jew”
“W” In the definition of “improper practice” subclause (h) must be renumbered as (i) and a new subclause (h) is added as follows:
“(h) a person above his authority; or
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Emenda ‘’W’’ kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda ‘’W’’ għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-Emenda:
“X” Fid-definizzjoni ta’ “prattiċi mhux xierqa” f’subklawsola (a) wara l-kliem “tonqos milli tħares kull” għandhom jiżdiedu l-kliem “liġi u/jew”.
“X” In the definition of “improper practice” in subclause (a) after the words “fail to comply with any” there shall be added the words “law and/or”.
THE CHAIRMAN: Rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Emenda ‘’X’’ kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri; Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda ‘’X’’ għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Rimarki? L-Onor. Deborah Schembri.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: L-Onor. Claudio Grech naħseb li għandu raġun, ġiet ta’ xi individwu.
ONOR. OWEN BONNICI: Għidna li rridu nirranġaw “kull”?
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Iva, trid tiġi “xi”.
ONOR. OWEN BONNICI: Fejn qiegħda?
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Fil-(b). Saħħa u sigurtà ta’ xi individwu, għax inkella ta’ kulħadd f’daqqa.
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-Emenda:
“Y” Fid-definizzjoni ta’ “prattiċi mhux xierqa” fis-subklawsola (b) minflok il-kelma “kull” għandha tidħol il-kelma “xi”.
“Y’’ In the definition of “improper practice” in the Maltese text, in subclause (b) the word “kull” shall be substituted by “xi”.
THE CHAIRMAN: Rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Emenda ‘’Y’’ kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “Y” għaddiet nem.con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Klawsola 2 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem.con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 25 - Żieda ta’ artikolu ġdid mal-Att prinċipali.
Clause 25 - Adds new article to the principal Act.
(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-Emenda:
“Z” Fis-sub-artikolu (1) tal-artikolu 90A kif propost fil-klawsola 25 minflok il-kliem “f’prattika mhux xierqa kif imfissra fl-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni” għandu jiġi sostitwit il-kliem “fi prattiċi mhux xierqa kif imfissra fl-Att dwar Protezzjoni tal-Informatur”.
“Z” In sub-article (1) of article 90A as proposed in clause 25 for the words “corrupt practice as defined in the Permanent Commission Against Corruption Act” there shall be substituted the words “improper practice as defined in the Protection of the Whistleblower Act”.
THE CHAIRMAN: Rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Emenda “Z’’ kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “Z” għaddiet nem.con.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Beppe Fenech Adami.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: L-argument hu mhux jekk għandux jinformaha jew jagħti raġuni, aħna qegħdin ngħidu li l-Ministru m’għandux ikollu l-poter b’riżoluzzjoni jew mhux b’riżoluzzjoni li jaqbad kwalunkwe ....
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però fil-Parlament jista’ jemendaha l-liġi u jdaħħalha bħala klawsola fil-liġi, eventwalment Għax waħda minn din ir-riżoluzzjoni hekk se jiġri.
DR PETER GRECH: Għax m’aħniex daqshekk ċerti li ser taħdem tajjeb u x’inhuma r-riperkussjonijiet f’kull setturi, li m’għandniex bżonn exemption clause.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jekk ma studjajnihiex inħalluha barra. Din m’hemmx urġenza fiha, mhix xi ħaġa li trid tagħmilha mil-lum għal għada, tista’ tiġi diskussa u jista’ ikun hemm qbil. It doesn’t take a lot of time. Din ressaqtha l-ġimgħa l-oħra u għaddejniha llum.
ONOR. OWEN BONNICI: Jekk tridu nillimitawha ...
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Kif inhi, għalissa jista’ iqum il-Ministru għada jaqbad kategorija ta’ nies, il-working aids tal-isptar u jgħid dawn ma japplikax għalihom il-whistleblower. Jien ma naħsibx li għandu jkollu dak id-dover il-Ministru.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Ma rridx ninftiehem ħażin u m’għandi l-ebda dubju li s-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici mhux se jagħmel użu ħażin minnha.
Il-biża’ tiegħi - u ma rridx ninstema’ ċinika - imma meta kien hawn Gvern Nazzjonalista din il-liġi ġejja, ġejja, ġejja u ma ried jgħaddiha b’xejn. U l-biża’ tiegħi hi li xi ħadd li ma riedx jgħaddi l-liġi għal dan iż-żmien kollu, jista’ jkollu interess li juża din l-eżenzjoni biex iġibha fejn il-likk. I’m sorry, ma rridx ninftiehem ħażin, imma jekk tridu taraw ...
ONOR. OWEN BONNICI: Jiġifieri qed taqbel magħna?
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Qed naqblu, imma għal raġunijiet kompletament differenti.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Nista’ inserraħ moħħ il-kollega tiegħi, l-Onor. Deborah Schembri, li fl-abbozz ta’ liġi kif ippreżentat mill-Partit Nazzjonalista, din il-klawsola ma kenitx hemmhekk Donnha ġiet f’moħħ il-Partit Laburista fil-Gvern biex idaħħal din il-klawsola.
U l-biża’ tiegħi li daħħalha l-Partit Laburista, għax din il-klawsola ma kenitx fl-ewwel liġi. Il-preokkupazzjoni tiegħek hija inqas fondata mill-preokkupazzjoni tiegħi li qed nara din il-klawsola fil-proposta li għadda.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Li ma ġietkomx il-brillanti idea li ddaħħluha, ma jfissirx li ma tiġikomx il-brillanti idea li tużawha.
ONOR. OWEN BONNICI: Ejja nillimitawha. Ejja ngħaddu għall-Klawsola 25, Emenda ‘’AA’’.
Klawsola 25 - Żieda ta’ artikolu ġdid mal-Att prinċipali.
Clause 25 - Adds new article to the principal Act.
(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
“AA” Il-klawsola 25 għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) fis-subartikolu (1) tal-artikolu 90A kif miżjud b’din il-klawsola l-kliem “tiegħu bħala sors tal-istess informazzjoni u dokumenti jiġu protetti” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “tagħha bħala sors tal-istess informazzjoni u dokumenti tiġi protetta”;
(b) fis-subartikolu (3) tal-artikolu 90A kif miżjud b’din il-klawsola il-kliem “jiġu meqjusa bħala” għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma “jittieħdu”.
“AA” Clause 25 of the Maltese version shall be amended as follows:
(a) in subarticle (1) of article 90A as added by this clause the words “tiegħu bħala sors tal-istess informazzjoni u dokumenti jiġu protetti” shall be substituted by the words “tagħha bħala sors tal-istess informazzjoni u dokumenti tiġi protetta”;
(b) in subarticle (3) of article 90A as added by this clause the words “jiġu meqjusa bħala” shall be substituted by the word “jittieħdu”.
THE CHAIRMAN: Rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Emenda ‘’AA’’ kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “AA” għaddiet nem.con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Klawsola 25 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 25, kif emendata, għaddiet nem.con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 22 - Persuni jew klassi ta’ persuni eżenti.
Clause 22 - Persons or class of persons exempt.
(Posposta iktar kmieni fil-Kumitat)
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-Emenda:
“AB” Fil-klawsola 22 minnufih wara l-kliem “Il-Ministru jista’” għandhom jidħlu l-kliem “għall-finijiet ta’ ħarsien ta’ sigurtà nazzjonali, difiża, ordni pubblika u r-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istat”.
“AB” In clause 22 immediately after the words “The Minister may” there shall be added the words “for the purpose of the protection of national security, defence, public order and the international relations of the State”.
THE CHAIRMAN: Rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Emenda ‘’AB’’ kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “AB” għaddiet nem.con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Klawsola 22 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 22, kif emendata, għaddiet nem.con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.
ONOR. OWEN BONNICI: Nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.
THE CHAIRMAN: Hawn qbil? (Onor. Membri: Iva)
Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista’ jkun hemm bżonn.
Il-Kumitat qabel ukoll li l-President tal-Kumitat għandu jirrapporta lill-Kamra li l-Abbozz ta` Liġi msejjaħ “ATT biex jipprovdi għal proċeduri li bis-saħħa tagħhom impjegati, kemm fis-settur privat u kif ukoll fl-amministrazzjoni pubblika, jistgħu jiżvelaw informazzjoni dwar prattiċi mhux xierqa mill-prinċipali tagħhom jew minn impjegati oħra fl-impjieg tal-prinċipali tagħhom u biex jipproteġi impjegati illi jagħmlu dak l-iżvelar minn azzjoni ta’ detriment” għadda mill-istadju tal-Kumitat b’emendi.
Fil-11:30 p.m. id-diskussjoni fl-istadju ta’ Kumitat ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi ġiet konkluża.
Dostları ilə paylaş: |